12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra

L-Unjoni Ewropea u New Zealand taw notifika dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija dwar ir-Relazzjonijiet u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u New Zealand, min-naħa l-oħra (1), fit-13 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, il-Ftehim japplika proviżorjament skont l-Artikolu 58(2) ta' dan il-Ftehim mit-12 ta' Jannar 2017 'l quddiem.

Bis-saħħa ta' Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/2079 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Ftehim għandhom jiġu applikati proviżorjament bejn l-Unjoni u New Zealand, iżda biss sa fejn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, inklużi kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni li tiddefinixxi u timplimenta politika estera u ta' sigurtà komuni:

Artikolu 3 (Djalogu),

Artikolu 4 (Kooperazzjoni f'organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali),

Artikolu 5 (Djalogu politiku),

Artikolu 53 (Kumitat Konġunt), bl-eċċezzjoni tal-punti (g) u (h) tal-paragrafu 3 tiegħu, u

Titolu X (Dispożizzjonijiet finali), bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 57 u l-Artikolu 58(1) u (3), sa fejn hu meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni proviżorja tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim imsemmi f'dan l-Artikolu.


(1)  ĠU L 321, 29.11.2016, p. 3.

(2)  ĠU L 321, 29.11.2016, p. 1