12.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/140


ID-DEĊIŻJONI Nru 54/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM DWAR L-GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA

tal-24 ta' Novembru 2017

relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/2292]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerka u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jelenka Korp jew Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità indikat fl-Hemża A ġie miftiehem mill-Partijiet u se jinżamm minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati joperaw f'isem il-Partijiet għall-finijiet tal-emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva minn dakinhar tal-aħħar waħda minn dawn il-firem.

F'isem l-Istati Uniti tal-Amerka

James C. SANFORD

Iffirmata f'Washington DC, fil-15 ta' Novembru 2017

F'isem l-Unjoni Ewropea

Ignacio IRUARRIZAGA

Iffirmata fi Brussell, fl-24 ta' Novembru 2017


HEMŻA A

Korp ta' Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi ta' Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika

Emilab Srl

Via F. lli Solari 5/A

33020 Amaro (UD)

L-ITALJA