23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 133/2016

tat-3 ta' Ġunju 2016

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2017/2151]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq uniku għal servizzi finanzjarji.

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafi 3 u 4, il-kliem “il-paragrafi 5 sa [11]” jiġu sostitwiti bil-kliem “dan l-Artikolu”.

2.

Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.

L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2016, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja segwenti, li daħħlet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016:

Linja baġitarja 12 02 01: ‘Implimentazzjoni u żvilupp tas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji’.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.