|
23.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 129/2016
tat-3 ta' Ġunju 2016
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/2147]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/8 tal-5 ta' Jannar 2016 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti (self-employment) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18au (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/459) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:
|
“18av. |
32016 R 0008: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/8 tal-5 ta' Jannar 2016 li jispeċifika l-karatteristiċi tekniċi tal-modulu ad hoc tal-2017 dwar l-impjiegi indipendenti (self-employment) (ĠU L 3, 6.1.2016, p. 35).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/8 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Ġunju 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.