|
23.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 126/2016
tat-3 ta' Ġunju 2016
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/2144]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539 tas-6 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tat-taħriġ, tal-ittestjar u tal-kontroll perjodiku tal-bdoti għan-navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 66ne (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32016 R 0539: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/539 tas-6 ta' April 2016 (ĠU L 91, 7.4.2016, p. 1).” |
Artikolu 2
It-test tar-Regolament (UE) 2016/539 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-4 ta' Ġunju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.