16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2017/2052]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/114 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2017 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18ie (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/245) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18if.

32016 R 0114: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/114 tat-28 ta' Jannar 2016 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2017 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira li jikkonċernaw is-saħħa u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 40).”

Artikolu 2

It-test tar-Regolament (UE) 2016/114 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 23, 29.1.2016, p. 40.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.