16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 90/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2040]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1735 tal-24 ta' Settembru 2015 dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1842 tad-9 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tqassim tal-għamla, id-disinn u l-forma ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati għal prodotti tat-tabakk għat-tipjip (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim taż-ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 3 (id-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“3a.

32015 D 1735: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1735 tal-24 ta' Settembru 2015 dwar il-pożizzjoni preċiża tat-twissija ġenerali u tal-messaġġ ta' informazzjoni fuq it-tabakk tal-brim ikkummerċjalizzat fil-boroż (ĠU L 252, 29.9.2015, p. 49).

3b.

32015 D 1842: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1842 tad-9 ta' Ottubru 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għat-tqassim tal-għamla, id-disinn u l-forma ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati għal prodotti tat-tabakk għat-tipjip (ĠU L 267, 14.10.2015, p. 5).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1735 u (UE) 2015/1842 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora d-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE, skont liema minnhom tiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 252, 29.9.2015, p. 49.

(2)  ĠU L 267, 14.10.2015, p. 5.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.