16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 89/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim ŻEE [2017/2039]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (1) għandha tiġi inkoporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2014/53/UE tħassar, b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016, id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVIII tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 4zzq (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/638/UE):

“4zzr.

32014 L 0053: Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE (ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62).”

2.

It-test tal-punt 4zg (id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'effett mit-13 ta' Ġunju 2016, minbarra l-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE), li xorta se jibqa' fis-seħħ wara t-13 ta' Ġunju 2016, u għalhekk jiddaħħal bħala punt ġdid wara l-punt 4zg (id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“4zga.

32000 D 0637: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/637/KE tat-22 ta' Settembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 3(3)(e) tad-Direttiva 1999/5/KE għal apparat tar-radju kopert taħt l-arranġament reġjonali dwar is-servizz ta' radju telefon fuq passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 50).”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva 2014/53/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 153, 22.5.2014, p. 62.

(2)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.