16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/2024]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1608 tal-24 ta' Settembru 2015 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għal aċidu kapriku, żejt tal-paraffina (CAS 64742–46–7), żejt tal-paraffina (CAS 72623–86–0), żejt tal-paraffina (CAS 8042–47–5), żejt tal-paraffina (CAS 97862–82–3), kubrit tal-ġir u urea f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti p-mentha-1,8-dien-7-al (2) mil-lista tal-Unjoni għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1608: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1608 tal-24 ta' Settembru 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 14).”

Artikolu 2

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 1608: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1608 tal-24 ta' Settembru 2015 (ĠU L 249, 25.9.2015, p. 14).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzs (ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 1760: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 27).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1608 u (UE) 2015/1760 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 249, 25.9.2015, p. 14.

(2)  ĠU L 257, 2.10.2015, p. 27.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.