16.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2016

tad-29 ta' April 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2020]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2306 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2307 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 1zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004) u 1zzzzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007):

“—

32015 R 2305: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 43).”

2.

Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 156 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1416):

“157.

32015 R 2304: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2304 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi u tal-endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodott minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għad-dundjani tas-simna u għad-dundjani għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 39).

158.

32015 R 2305: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2305 tal-10 ta' Diċembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Trichoderma citrinoviride Bisset (IM SD142) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, għal speċijiet minuri ta' tjur imrobbija għat-tismin u għall-ħnienes miftuma u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2148/2004 u (KE) Nru 1520/2007 (detentur tal-awtorizzazzjoni Huvepharma NV) (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 43).

159.

32015 R 2306: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2306 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidrat tal-idroklorur tal-L-ċisteina bħala addittiv fl-għalf għall-qtates u għall-klieb (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 46).

160.

32015 R 2307: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2307 tal-10 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-menadjon bisulfit tas-sodju u tal-menadjon nikotinammid bisulfit bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 49).

161.

32015 R 2382: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2382 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparat tal-alfa-galaktożidażi (KE 3.2.1.22) prodott minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u tal-endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) prodott minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għall-ispeċijiet minuri ta' tjur imrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 332, 18.12.2015, p. 54).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2304, (UE) 2015/2305, (UE) 2015/2306, (UE) 2015/2307 u (UE) 2015/2382 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 39.

(2)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 43.

(3)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 46.

(4)  ĠU L 326, 11.12.2015, p. 49.

(5)  ĠU L 332, 18.12.2015, p. 54.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.