|
20.10.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 271/44 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2017 TAL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI ALN-UE
tat-2 ta' Ottubru 2017
dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stipulati fil-Protokoll 1 għall-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn [2017/1923]
IL-KUMITAT DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 41(4) tal-Protokoll I tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (“l-FSE interim”) japplika b'mod proviżorju sa mill-14 ta' Mejju 2012 bejn l-Unjoni u r-Repubblika ta' Madagascar, ir-Repubblika ta' Mauritius, ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe. |
|
(2) |
Il-Protokoll 1 għall-FSE interim, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, jinkludi r-regoli ta' oriġini għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati ALN. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim, jingħataw awtomatikament derogi minn dawk ir-regoli ta' oriġini fi ħdan kwota annwali ta' 8 000 tunnellata ta' tonn fil-landa u ta' 2 000 tunnellata ta' flettijiet tat-tonn. |
|
(4) |
Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE adotta d-Deċiżjoni Nru 1/2012 (2) li tagħti deroga awtomatika mir-regoli ta' oriġini fir-rigward tat-tonn fil-landa u l-flettijiet tat-tonn importati fl-Unjoni skont l-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2017. |
|
(5) |
Sabiex il-kwota disponibbli tkun tista' tintuża b'mod effettiv u bis-sħiħ, il-Mauritius, is-Seychelles u l-Madagascar talbu deroga li tkopri l-kwantitajiet annwali ta' 8 000 tunnellata ta' tonn fil-landa u ta' 2 000 tunnellata ta' flettijiet tat-tonn importati fl-Unjoni mill-1 ta' Jannar 2018. |
|
(6) |
Peress li l-kwota annwali tingħata awtomatikament fuq talba mill-Istati ALN, il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali jenħtieġ li jalloka l-kwota globali lill-Istati ALN. Għaldaqstant, jenħtieġ li tingħata deroga lill-Istati ALN fir-rigward ta' 8 000 tunnellata ta' tonn fil-landa u ta' 2 000 tunnellata ta' flettijiet tat-tonn. |
|
(7) |
Ir-referenza fl-Artikolu 42(8) tal-Protokoll 1 għall-FSE interim għal “tonn fil-landa” għandha tinftiehem li tkopri t-tonn ippreservat fiż-żejt veġetali jew b'modi oħra. Għal dawk it-tipi ta' tonn, l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3) (“in-Nomenklatura Magħquda”) jirreferi għat-terminu “ippreservat”. It-terminu “tonn ippreservat” ikopri tonn fil-landa, iżda wkoll tonn ippakkjat f'vakwu f'boroż tal-plastik jew f'kontenituri oħra. Għalhekk huwa xieraq li jintuża t-terminu “tonn ippreservat”. |
|
(8) |
Fl-interess taċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi stabbiliti b'mod espliċitu li t-tonn mhux oriġinarju li se jintuża fil-manifattura tat-tonn ippreservat tal-kodiċijiet NM 1604 14 21, 31 u 41, 1604 14 28, 38 u 48, ex 1604 20 70 u tal-flettijiet tat-tonn tal-kodiċi NM 1604 14 26, 36 u 46 jenħtieġ li jkun tonn tal-Intestaturi SA 0302 jew 0303, sabiex it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn jibbenefikaw mid-deroga. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4) li jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Jenħtieġ li dawk ir-regoli jiġu applikati għall-ġestjoni tal-kwantità fir-rigward ta' liema qed tingħata d-deroga permezz ta' din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Id-deroga jenħtieġ li tingħata għal perjodu ta' 5 snin kif previst fl-Artikolu 42(10), il-punt (a) tal-Protokoll 1 tal-FSE interim. |
|
(11) |
Sabiex ikun possibbli monitoraġġ effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tal-Istati ALN jenħtieġ li jinfurmaw lill-Kummissjoni b'mod regolari bid-dettalji taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 li jkunu nħarġu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Permezz ta' deroga mill-Protokoll 1 għall-FSE interim u skont l-Artikolu 42(8) ta' dak il-Protokoll, it-tonn ippreservat u l-flettijiet tat-tonn tal-Intestatura SA 1604 manifatturati minn tonn mhux oriġinarju tal-Intestaturi SA 0302 jew 0303 għandhom jitqiesu li joriġinaw fi Stat ALN skont it-termini stipulati fl-Artikoli 2 sa 4 ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deroga prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika fuq bażi annwali għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li jkunu ddikjarati għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni minn Stat ALN matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2018 u l-31 ta' Diċembru 2022.
Artikolu 3
Il-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu amministrati skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 4
1. L-awtoritajiet doganali tal-Istati ALN għandhom iwettqu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1.
2. Qabel tmiem ix-xahar wara kull tliet xhur, l-awtoritajiet doganali ta' dawk il-pajjiżi għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet fir-rigward ta' liema jkunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numri tas-serje ta' dawk iċ-ċertifikati.
3. Il-Kaxxa Numru 7 taċ-ċertifikati tal-moviment EUR.1 li jinħarġu skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:
|
|
“Deroga — Id-Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tat-2 ta' Ottubru 2017 ”; |
|
|
“Dérogation — Décision no 1/2017 du comité de coopération douanière AfOA-UE du 2 octobre 2017 ”; |
Artikolu 5
1. L-Istati ALN u l-Unjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa min-naħa tagħhom sabiex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.
2. Fejn l-Unjoni tiskopri, abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, każi ta' irregolaritajiet jew frodi jew ta' repetizzjoni ta' nuqqas ta' rispett tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Unjoni tista' titlob sospensjoni temporanja tad-deroga msemmija fl-Artikolu 1 skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-FSE interim.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2018.
Magħmul f'Antananarivo, 2 ta' Ottubru 2017
Is-Sur M. R. NABEE
Rappreżentant tal-ALN
f'isem l-Istati ALN
Is-Sur J. G. SANCHEZ
Il-Kummissjoni Ewropea
f'isem l-Unjoni Ewropea
(1) ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Doganali ALN-UE tad-29 ta' Novembru 2012 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini kif stipulat fil-Protokoll 1 ta' mal-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, biex tittieħed f'kunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċjali tal-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fir-rigward tat-tonn ippreservat u tal-flettijiet tat-tonn (loins) (ĠU L 347, 15.12.2012, p. 38).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
ANNESS
|
Numru tal-ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Perjodu |
Piż nett (f'tunnellati) |
|
09.1618 |
1604 14 21 , 31 u 41 1604 14 28 , 38 u 48 ex 1604 20 70 (1) |
Tonn ippreservat (2) |
1.1.2018 — 31.12.2018 |
8 000 |
|
1.1.2019 — 31.12.2019 |
8 000 |
|||
|
1.1.2020 — 31.12.2020 |
8 000 |
|||
|
1.1.2021 — 31.12.2021 |
8 000 |
|||
|
1.1.2022 — 31.12.2022 |
8 000 |
|||
|
09.1619 |
1604 14 26 , 36 u 46 |
Flettijiet tat-tonn |
1.1.2018 — 31.12.2018 |
2 000 |
|
1.1.2019 — 31.12.2019 |
2 000 |
|||
|
1.1.2020 — 31.12.2020 |
2 000 |
|||
|
1.1.2021 — 31.12.2021 |
2 000 |
|||
|
1.1.2022 — 31.12.2022 |
2 000 |
(1) Kodiċijiet TARIC 1604207030, 1604207040, 1604207050, 1604207092 u 1604207094.
(2) F'kull forma ta' mballaġġ li biha l-prodott jitqies bħala ppreservat fi ħdan it-tifsira tal-Intestatura SA 1604.