|
22.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/9 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-GEORGIA
tat-18 ta' Novembru 2015
li tistabbilixxi l-lista ta' esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli [2017/1366]
IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-GEORGIA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 243(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jrid jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-bord, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta'esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għall-finijiet tal-Artikolu 243 tal-Ftehim hija stabbilita kif previst fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Tbilisi, it-18 ta' Novembru 2015.
Il-President
Lali GOGOBERIDZE
Kap tad-Dipartiment tal-Analiżi Ekonomika u l-Politika, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Georgia — President u rappreżentanta tal-Georgia
Segretarji
Irakli TSIKORIDZE
Kap Speċjalist tad-Dipartiment tal-Kummerċ Barrani u r-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali, il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Georgia
Daniel KRAMER
Uffiċjal tal-Politika fl-Unità D1 — Il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi, Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, il-Kummissjoni Ewropea
ANNESS
LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI
I. Esperti proposti mill-Georgia
|
1. |
Nata STURUA |
|
2. |
David KIKODZE |
|
3. |
Marina SHVANGIRADZE |
|
4. |
Ilia OSEPASHVILI |
|
5. |
Roin MIGRIAULI |
II. Esperti proposti mill-UE
|
1. |
Eddy LAURIJSSEN |
|
2. |
Jorge CARDONA |
|
3. |
Karin LUKAS |
|
4. |
Hélène RUIZ FABRI |
|
5. |
Laurence BOISSON DE CHAZOURNES |
|
6. |
Geert VAN CALSTER |
III. Presidenti
|
1. |
Jill MURRAY (l-Awstralja) |
|
2. |
Janice BELLACE (l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
3. |
Ross WILSON (New Zealand) |
|
4. |
Arthur APPLETON (l-Istati Uniti tal-Amerika) |
|
5. |
Nathalie BERNASCONI (l-Iżvizzera) |