20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 30/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2017/1313]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/2009 fir-rigward tad-definizzjoni ta' element ta' metadejta INSPIRE (1) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-servizzi ta' dejta ġeografika (2) se jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Dan l-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1jc (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 976/2009) b'effett mill-31 ta' Diċembru 2017:

“—

32014 R 1311: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1311/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 6).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 1je (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010):

“—

32014 R 1312: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1312/2014 tal-10 ta' Diċembru 2014 (ĠU L 354, 11.12.2014, p. 8).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, id-data msemmija fl-Artikolu 14a għandha tinftiehem bħala li tinkludi perjodu addizzjonali ta' tliet snin.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1311/2014 u (UE) Nru 1312/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 354, 11.12.2014, p. 6.

(2)   ĠU L 354, 11.12.2014, p. 8.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.