20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 21/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1304]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2115 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għas-sustanzi kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-formammid (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2116 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-benżisotijażolinon (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2117 tat-23 ta' Novembru 2015 li temenda, għall-fini li jiġu adottati valuri ta' limitu speċifiċi għall-kimiċi użati fil-ġugarelli, l-Appendiċi C tal-Anness II tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, fir-rigward tal-klorometilisotijażolinon u tal-metilisotijażolinon, kemm b'mod individwali kif ukoll fi proporzjon ta' 3:1 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 2115: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2115 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 17),

32015 L 2116: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2116 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 20),

32015 L 2117: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/2117 tat-23 ta' Novembru 2015 (ĠU L 306, 24.11.2015, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2115, (UE) 2015/2116 u (UE) 2015/2117 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ 6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)  ĠU L 306, 24.11.2015, p. 17.

(2)  ĠU L 306, 24.11.2015, p. 20.

(3)  ĠU L 306, 24.11.2015, p. 23.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.