|
20.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 20/2016
tal-5 ta' Frar 2016
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1303]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1936 tat-8 ta' Lulju 2015 dwar sistemi applikabbli għall-evalwazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' tubi u pajpijiet għall-ventilazzjoni tal-ajra skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1958 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli tal-valutazzjoni u tal-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni tal-prodotti ġeosintetiċi u tal-prodotti relatati skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni delegata tal-Kummissjoni (UE) 2015/1959 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar is-sistemi applikabbli għall-valutazzjoni u l-verifika tal-kostanza tal-prestazzjoni ta' prodotti tal-inġinerija għall-ilma mormi, skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni delegata (UE) 2015/1958 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE (4), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni delegata (UE) 2015/1959 tirrevoka id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/464/KE (5), li hi inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha tiġi revokata taħt il-Ftehim ŻEE. |
|
(6) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XXI tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punti li ġejjin ikunu inseriti wara l-punt 1zzf (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/656/KE):
|
|
2. |
It-test tal-punti 1f (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/581/KE) u 1n (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/464/KE) jitħassar. |
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Delega (UE) 2015/1936, (UE) 2015/1958 u (UE) 2015/1959 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 282, 28.10.2015, p. 34.
(2) ĠU L 284, 30.10.2015, p. 181.
(3) ĠU L 284, 30.10.2015, p. 184.
(4) ĠU L 254, 8.10.1996, p. 59.
(5) ĠU L 198, 25.7.1997, p. 33.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.