20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 17/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1300]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1757 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 6 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1758 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 9 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1759 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-glutaraldeid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12nnp (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1751) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12nnq.

32015 R 1757: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1757 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 6 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 12).

12nnr.

32015 R 1758: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1758 tas-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 7 u 9 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 15).

12nns.

32015 R 1759: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1759 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-glutaraldeid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 19).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1757, (UE) 2015/1758 u (UE) 2015/1759 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 12.

(2)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 15.

(3)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 19.

(*1)  Ebda rekwiżit kostituzzjonali m'huwa indikat.