20.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 5/2016

tal-5 ta' Frar 2016

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/1288]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1761 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 rigward ir-rapporti tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji, it-tariffi u l-laboratorji elenkati fl-Anness II tiegħu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż segwenti jiżdied fil-punti 1zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 R 1761: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1761 tal-1 ta' Ottubru 2015 (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1761 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Frar 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Claude MAERTEN


(1)   ĠU L 257, 2.10.2015, p. 30.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.