1.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 170/103


DEĊIŻJONI Nru 1/2017

tas-16 ta' Ġunju 2017

tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali Tagħmir ta' Telekomunikazzjonijiet Terminali, Tagħmir tat-Teknoloġija tal-Informatika u Trażmettituri tar-Radju [2017/1179]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada u partikolarment l-Artikoli VII u XI;

Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali;

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

1.

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdiedu mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża 4 tal-Anness Settorjali dwar Tagħmir ta' Telekomunikazzjonijiet Terminali, Tagħmir tat-Teknoloġija tal-Informatika u Trażmettituri tar-Radju.

2.

Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom.

Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-iskopijiet ta' emendar tal-Ftehimiet tal-Anness Settorjali dwar Tagħmir ta' Telekomunikazzjonijiet Terminali, Tagħmir tat-Teknoloġija tal-Informatika u Trażmettituri tar-Radju. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma.

Iffirmata f'Ottawa, fit-30 ta' Mejju 2017.

Claude BEAUDOIN

F'isem il-Kanada

Iffirmata fi Brussell, fis-16 ta' Ġunju 2017.

Ignacio IRUARRIZAGA

F'isem l-Unjoni Ewropea


HEMŻA A

Il-Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità miżjuda mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża 4 tal-Anness Settorjali dwar Tagħmir ta' Telekomunikazzjonijiet Terminali, Tagħmir tat-Teknoloġija tal-Informatika u Trażmettituri tar-Radju.

Element Materials Technology Warwick Ltd

Rothwell Road

Warwick

CV34 5JX

IR-RENJU UNIT

AT4 Wireless S.A.U (1).

Parque Tecnológico de Andalucía

C/Severo Ochoa 2 y 6

29590 Málaga

SPANJA


(1)  Fit-3 ta' April 2017, l-isem ta' AT4 wireless SAU inbidel f'DEKRA Testing & Certification SAU.