22.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/77


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 285/2015

tat-30 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim ŻEE [2017/1074]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1127 tal-10 ta' Lulju 2015 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċertu Direttivi (1) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 32ff (id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32015 L 1127: Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1127 tal-10 ta' Lulju 2015 (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva (UE) 2015/1127 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)  ĠU L 184, 11.7.2015, p. 13.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.