|
22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/68 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 280/2015
tat-30 ta' Ottubru 2015
li temenda l-Anness XIII (Trasport), il-Protokoll 31 (dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet) u l-Protokoll 37 (li fiha l-lista prevista fl-Artikolu 101) fil-Ftehim ŻEE [2017/1069]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport trans-Ewropew u tħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1). |
|
(2) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ, |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 iħassar id-Direttiva 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness XIII u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 5 tal-Artikolu 12 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE:
“6. L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mill-att tal-Unjoni li ġej:
|
— |
32013 R 1315: Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1). |
L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt għall-vot, fil-kumitat stabbilit bl-Artikolu 52 tar-Regolament.”
Artikolu 2
It-test tal-punt 5 (id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII għall-Ftehim ŻEE huwa mħassar.
Artikolu 3
It-test tal-punt 4 tal-Protokoll 37 fil-Ftehim ŻEE huwa mħassar.
Artikolu 4
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(1) ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni Nru 280/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE
“F'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49(6) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013, adattamenti għall-mapep indikattivi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport estiż għal pajjiżi terzi speċifiċi, kif stabbilit fl-Anness III, huma bbażati fuq arranġamenti ta' livelli għolja dwar in-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport bejn l-Unjoni u l-pajjiżi ġirien ikkonċernati. L-Istati tal-EFTA jistiednu lill-Unjoni biex tqis il-modifiki li ġejjin dwar il-mapep relatati mat-territorji tagħhom u biex tikkonferma li ftehim ta' livell għoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49(6) intlaħaq:
|
— |
L-ajruport Vestmannaeyjar fl-Iżlanda għandu jitneħħa min-netwerk komprensiv. |
|
— |
Il-port marittimu Landeyjahöfn fl-Iżlanda għandu jiżdied man-netwerk komprensiv. |
|
— |
It-18-il km ta' medda ta' triq fuq l-E18 fil-belt ta' Oslo fin-Norveġja għandha tiġi sostitwita mal-medda tat-triq parallela fuq E6 bħal parti min-netwerk ewlieni. |
|
— |
L-ajruporti Rygge u Ørland fin-Norveġja għandhom jiżdiedu man-netwerk komprensiv. |
|
— |
Il-portijiet marittimi Kirkenes u Mo i Rana fin-Norveġja għandhom jiżdiedu man-netwerk komprensiv. |
|
— |
Il-portijiet marittimi Sandefjord u Ålesund fin-Norveġja għandhom jitneħħew minn netwerk komprensiv. |
|
— |
Il-portijiet marittimi Grenland u Karmsund fin-Norveġja għandhom jissostitwixxu Porsgrunn u Kopervik rispettivament fin-netwerk komprensiv.” |
Dikjarazzjoni mill-UE għad-Deċiżjoni Nru 280/2015 tat-30 ta' Ottubru 2015 li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-Ftehim ŻEE
“L-Unjoni tieħu nota tal-adattamenti tal-mapep proposti mill-Istati tal-EFTA. Tikkonferma li l-bidliet mitluba jikkonformaw mal-kriterji relevanti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 (minn hawn 'il quddiem ‘ir-Regolament’) u konsegwentement li ftehim ta' livell għoli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament ġie milħuq. Dan il-ftehim ta' livell għoli se jintuża bħala bażi għall-adattament tal-Anness III tar-Regolament fir-rigward ta' mapep indikattivi għall-Istati tal-EFTA kkonċernati. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni se tuża l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 49(6) ta' dan ir-Regolament.”