22.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 265/2015

tat-30 ta' Ottubru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1054]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1107 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika Salix spp cortex, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika l-ħall, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1116 tad-9 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika leċitina skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1165 tal-15 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva ħalauksifen-metil, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1176 tas-17 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1191 tal-20 ta' Lulju 2015 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1192 tal-20 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1295 tas-27 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva sulfoksaflor, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiġu miżjuda mal-punt 13a (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011):

“—

32015 R 1107: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1107 tat-8 ta' Lulju 2015 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 72),

32015 R 1108: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 tat-8 ta' Lulju 2015 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 75),

32015 R 1116: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1116 tad-9 ta' Lulju 2015 (ĠU L 182, 10.7.2015, p. 26),

32015 R 1165: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1165 tal-15 ta' Lulju 2015 (ĠU L 188, 16.7.2015, p. 30),

32015 R 1176: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1176 tas-17 ta' Lulju 2015 (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 1),

32015 R 1192: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1192 tal-20 ta' Lulju 2015 (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 124),

32015 R 1295: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1295 tas-27 ta' Lulju 2015 (ĠU L 199, 29.7.2015, p. 8).”

2.

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 13zzzzz (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1201):

“13zzzzza.

32015 R 1107: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1107 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika Salix spp cortex, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 72).

13zzzzzb.

32015 R 1108: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1108 tat-8 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika l-ħall skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 75).

13zzzzzc.

32015 R 1116: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1116 tad-9 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza bażika leċitina skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 182, 10.7.2015, p. 26).

13zzzzzd.

32015 R 1165: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1165 tal-15 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva ħalauksifen-metil, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 188, 16.7.2015, p. 30).

13zzzzze.

32015 R 1176: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1176 tas-17 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva virus tal-mużajk tal-pepino arblu CH2 iżolat 1906, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 1).

13zzzzzf.

32015 R 1191: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1191 tal-20 ta' Lulju 2015 dwar in-nuqqas ta' approvazzjoni tal-Artemisia vulgaris L. bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 122).

13zzzzzg.

32015 R 1192: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1192 tal-20 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva t-taħlita ta' terpenojdi QRD 460, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 124).

13zzzzzh.

32015 R 1295: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1295 tas-27 ta' Lulju 2015 li japprova s-sustanza attiva sulfoksaflor, b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 199, 29.7.2015, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1107, (UE) 2015/1108, (UE) 2015/1116, (UE) 2015/1165, (UE) 2015/1176, (UE) 2015/1191, (UE) 2015/1192 u (UE) 2015/1295, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda SLETNES


(1)   ĠU L 181, 9.7.2015, p. 72.

(2)   ĠU L 181, 9.7.2015, p. 75.

(3)   ĠU L 182, 10.7.2015, p. 26.

(4)   ĠU L 188, 16.7.2015, p. 30.

(5)   ĠU L 192, 18.7.2015, p. 1.

(6)   ĠU L 193, 21.7.2015, p. 122.

(7)   ĠU L 193, 21.7.2015, p. 124.

(8)   ĠU L 199, 29.7.2015, p. 8.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.