22.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 251/2015
tat-30 ta' Ottubru 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/1040]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1041 tat-30 ta' Ġunju 2015 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1052 tal-1 ta' Lulju 2015 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-ikel m'għandiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
(4) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 102 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/595) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“103. |
32015 R 1041: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1041 tat-30 ta' Ġunju 2015 li jiċħad l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-prodotti tal-ikel fuq is-saħħa, minbarra dawk li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 167, 1.7.2015, p. 57). |
104. |
32015 R 1052: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1052 tal-1 ta' Lulju 2015 li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta' ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta' mard (ĠU L 171, 2.7.2015, p. 5).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/1041 u (UE) 2015/1052 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Oda SLETNES
(1) ĠU L 167, 1.7.2015, p. 57.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.