|
12.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 99/26 |
ID-DEĊIŻJONI Nru 48/2017 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM TA' GĦARFIEN REĊIPROKU BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI UNITI TAL-AMERKA
tas-27 ta' Marzu 2017
relatata mal-elenkar ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika [2017/690]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Għarfien Reċiproku bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika u b'mod partikolari l-Artikoli 7 u 14;
Billi l-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjoni li jirreġistra Korp jew Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità taħt Anness Settorjali,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
|
1. |
Il-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità fl-Hemża A qed jiżdied mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika. |
|
2. |
Il-kamp ta' applikazzjoni speċifiku tal-elenkar, fir-rigward ta' prodotti u proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità indikati fl-Hemża A, ġew miftiehma mill-Partijiet u se jinżammu minnhom. |
Din id-Deċiżjoni, magħmula f'żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata minn rappreżentanti tal-Kumitat Konġunt li huma awtorizzati li joperaw f'isem il-Partijiet għall-iskopijiet ta' emendar tal-Ftehim. Din id-Deċiżjoni għandha tkun effettiva mid-data tal-aħħar firma.
F'isem l-Istati Uniti tal-Amerika
James C. SANFORD
Iffirmat f'Washington DC, fis-6 ta' Marzu 2017
F'isem l-Unjoni Ewropea
Ignacio IRUARRIZAGA
Iffirmat fi Brussell, fis-27 ta' Marzu 2017
Hemża A
Korp għall-Valutazzjoni tal-Konformità tal-KE miżjud mal-lista ta' Korpi għall-Valutazzjoni tal-Konformità fil-kolonna “Aċċess tal-KE għas-suq tal-Istati Uniti” fit-Taqsima V tal-Anness Settorjali għall-Kompatibbiltà Elettromanjetika
|