30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 223/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/530]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 37ac (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE) u 37dg (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE):

“—

32014 R 1299: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1).”

2.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 37n (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2013):

“37o.

32014 R 1299: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1299/2014 tat- 18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà relatati mas-subsistema tal-“infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1).

Ir-Regolament għandu, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqara bl-adattamenti li ġejjin:

Dan li ġej għandu jiżdied fit-Taqsima 7.7.19.11 tal-Anness:

7.7.20.   Particular features of the Norwegian network

7.7.20.1.   Platform offsett (4.2.9.3)

P cases

As set out in point 4.2.9.3(1), the distance between the track centre and the platform edge parallel to the running plane (bq ), as defined in chapter 13 of EN 15273-3:2013, shall be calculated with the following values for allowed additional overthrow (Skin ):

(a)

on the inside of the curve: Skin = 40,5/R

(b)

on the outside of the curve: Skin = 31,5/R” (Ma teżistix traduzzjoni bil-Malti).

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1299/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis- 26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD


(1)   ĠU L 356, 12.12.2014, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.