30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 209/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2017/516]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/639 tat-23 ta' April 2015 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu tad-diossidu tas-silikon (E 551) fil-kopolimeru ta' trapjant ta' alkoħol poliviniliku-polietilenglikol(E 1209) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 li jemenda u jikkoreġi l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta' ċerti addittivi tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/648 tal-24 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti N-Etil (2E,6Z)-nonadienammid (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/649 tal-24 ta' April 2015 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward l-użu tal-L-lewċina bħala portatriċi għall-pilloli dolċifikanti għal fuq il-mejda (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(6)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0639: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/639 tat-23 ta' April 2015 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 16),

—

32015 R 0647: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/647 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1),

—

32015 R 0649: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/649 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 17).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 54zzzzs (Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32015 R 0648: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/648 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 15).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012):

“—

32015 R 0649: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/649 tal-24 ta' April 2015 (ĠU L 107, 25.4.2015, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) 2015/639, (UE) 2015/647, (UE) 2015/648 u (UE) 2015/649 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD


(1)   ĠU L 106, 24.4.2015, p. 16.

(2)   ĠU L 107, 25.4.2015, p. 1.

(3)   ĠU L 107, 25.4.2015, p. 15.

(4)   ĠU L 107, 25.4.2015, p. 17.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.