30.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 85/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 197/2015

tal-25 ta' Settembru 2015

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/504]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 790/2010 tas-7 ta' Settembru 2010 li jemenda l-Annessi VII, X u XI għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta' Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta' ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat-13 ta' Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE fir-rigward ta' ċerti kampjuni u oġġetti li huma eżentati mill-verifiki veterinarji fil-fruntiera skont dik id-Direttiva (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tat-tranżitu ta' ċerti prodotti sekondarji tal-annimali mill-Bożnja u Ħerzegovina (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward tal-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati bħala karburant f'impjanti tal-kombustjoni (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 142/2011 jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 811/2003 (9), (KE) Nru 878/2004 (10), (KE) Nru 79/2005 (11), (KE) Nru 92/2005 (12), (KE) Nru 181/2006 (13), (KE) Nru 197/2006 (14), (KE) Nru 1192/2006 (15), (KE) Nru 2007/2006 (16) u d-Deciżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/322/KE (17), 2003/324/KE (18) and 2004/407/KE (19), li huma inkorporati fil-Ftheim ŻEE u li konsegwentament għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(11)

Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 jinbidel b'dan li ġej:

32009 R 1069: Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Id-data msemmija fl-Artikolu 55 għall-Istati tal-EFTA għandha tkun id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 fil-Ftehim ŻEE.

(b)

Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

2.

Li ġej għandu jiġi inkluż wara l-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“9c.

32011 R 0142: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1),

kif emendat b':

32011 R 0749: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2011 tad-29 ta' Lulju 2011 (ĠU L 198, 30.7.2011, p. 3),

32012 R 1063: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1063/2012 tat-13 ta' Novembru 2012 (ĠU L 314, 14.11.2012, p. 5),

32013 R 0555: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 555/2013 tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 11),

32014 R 0592: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 592/2014 tat-3 ta' Ġunju 2014 (ĠU L 165, 4.6.2014, p. 33).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw mal-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fil-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness XV, il-kliem “jew iddestinat għan-Norveġja” jiżdied wara l-kliem “ddestinat għal Stat Membru elenkat fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 546/2006”.

(b)

Fil-paragrafu (c) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV, il-kliem “jew Svalbard” jiżdiedu wara l-kliem “Tabella 2”.

Dan l-att japplika għall-Iżlanda għall-oqsma msemmija fil-paragrafu 2 fil-Parti Introduttorja.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (UE) Nru 790/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 749/2011, (UE) Nru 1063/2012, (UE) Nru 555/2013 u (UE) Nru 592/2014, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fis-26 ta' Settembru 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Ingrid SCHULERUD


(1)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 237, 8.9.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 198, 30.7.2011, p. 3.

(5)  ĠU L 314, 14.11.2012, p. 5.

(6)  ĠU L 164, 18.6.2013, p. 11.

(7)  ĠU L 165, 4.6.2014, p. 33.

(8)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14.

(10)  ĠU L 162, 30.4.2004, p. 62.

(11)  ĠU L 16, 20.1.2005, p. 46.

(12)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27.

(13)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31.

(14)  ĠU L 32, 4.2.2006, p. 13.

(15)  ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10.

(16)  ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98.

(17)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 32.

(18)  ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37.

(19)  ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 197/2015 tal-25 ta' Settembru 2015 li tinkorpora r- Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 fil-Ftehim ŻEE

“Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 jittrattaw l-esportazzjoni ta' prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' dawn ir-Regolamenti hija mingħajr ħsara għall-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”