12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 196/2015

tal-10 ta' Lulju 2015

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2017/36]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern.

(2)

Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja wara l-31 ta' Diċembru 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 9:

“10.   L-Istati tal-EFTA, mill-1 ta' Jannar 2015, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015:

Linja tal-baġit 02.03.01: ‘Tħaddim u żvilupp tas-suq intern, partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali’,

Linja tal-baġit 12.02.01: ‘L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern’.”

2.

Il-kliem “paragrafi 5 sa 9” fil-paragrafi 3 u 4 jiġu sostitwiti bil-kliem “paragrafi 5 sa 10”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.