12.1.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 190/2015

tal-10 ta' Lulju 2015

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2017/30]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 tas-26 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 441/2014 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/310 iħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2014 (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 66wg (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 29/2009) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2014) jitħassar.

2.

Jiżdied l-inċiż li ġej:

“—

32015 R 0310: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/310 tas-26 ta' Frar 2015 (ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/310 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta' Lulju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Lulju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Atle LEIKVOLL


(1)   ĠU L 56, 27.2.2015, p. 30.

(2)   ĠU L 130, 1.5.2014, p. 37.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.