15.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/3 |
TRADUZZJONI
PROTOKOLL (2015)
li jemenda l-Anness tal-Ftehim dwar Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili
Firmatarji tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”),
WARA li għamlu negozjati bl-għan li jittrasponu fl-Anness tal-Ftehim it-tibdiliet introdotti fil-verżjoni tal-2007 tas-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (minn hawn 'il quddiem imsejħa “is-Sistema Armonizzata”),
PERMEZZ tar-rappreżentanti tagħhom, ftehmu kif ġej:
1. |
L-Anness mehmuż ma' dan il-Protokoll, għandu, mad-dħul fis-seħħ tiegħu skont il-paragrafu 3, jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili. |
2. |
Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ biex jiġi aċċettat mill-Firmatarji tal-Ftehim. |
3. |
Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ, għal dawk il-Firmatarji li jkunu aċċettawh, fl-1 ta' Lulju 2016. Wara dan, għal kull Firmatarju ieħor il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fit-30 jum wara d-data tal-aċċettazzjoni tiegħu. |
4. |
Dan il-Protokoll għandu jiġi ddepożitat għand id-Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li minnufih għandu jipprovdi lil kull Firmatarju u lil kull Membru kopja ċċertifikata tiegħu u notifika ta' kull aċċettazzjoni tiegħu b'konformità mal-paragrafu 2. |
5. |
Dan il-Protokoll għandu jiġi rreġistrat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. |
6. |
Dan il-Protokoll jittratta biss id-dazji u l-ħlasijiet doganali skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim. Ħlief fir-rigward tar-rekwiżit ta' trattament ħieles mid-dazju għal prodotti koperti minn dan il-Protokoll, xejn f'dan il-Protokoll jew fil-Ftehim, kif modifikat hawn, ma jbiddel jew jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi ta' Firmatarju, kif ikunu fil-jum ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, skont kwalunkwe wieħed mill-Ftehimiet tad-WTO msemmija fl-Artikolu II tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. |
MAGĦMUL f'Ġinevra fil-5 ta' Novembru 2015, f'kopja unika, fil-lingwa Ingliża, Franċiża u Spanjola, b'kull test meqjus awtentiku.
ANNESS
PRODOTTI KOPERTI
1. |
Il-firxa tal-prodott hija ddefinita fl-Artikolu 1 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ f'Inġenji tal-Ajru Ċivili. |
2. |
Il-Firmatarji jaqblu li l-prodotti koperti mid-deskrizzjonijiet elenkati hawn taħt u kklassifikati kif suppost taħt l-intestaturi u s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata li jidhru ħdejn xulxin għandhom jingħataw trattament ħieles mid-dazju jew eżentat mid-dazju, jekk dawn il-prodotti jkunu għall-użu f'inġenji tal-ajru ċivili jew f'apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir (*1), u biex ikunu inkorporati fihom fil-proċess tal-manifattura, it-tiswija, il-manutenzjoni, ir-rikostruzzjoni, il-modifikazzjoni jew il-konverżjoni. |
3. |
Dawn il-prodotti ma għandhomx jinkludu:
|
4. |
Għall-għan ta' dan l-Anness, “Ex” ġiet inkluża sabiex tindika li d-deskrizzjoni tal-prodott imsemmi ma tużax il-firxa kollha ta' prodotti fl-intestaturi u s-subintestaturi tas-Sistema Armonizzata elenkati hawn taħt. |
Intestatura SA Ex |
Subintestatura SA Ex |
Deskrizzjoni |
39.17 |
3917.21 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' etilene, b'tagħmir imwaħħal |
|
.22 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' propilin, b'tagħmir imwaħħal |
|
.23 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' polimeri ta' klorur tal-vinil, b'tagħmir imwaħħal |
|
.29 |
Tubi, pajpijiet u manek, riġidi, ta' plastiks oħrajn, b'tagħmir imwaħħal |
|
.31 |
Tubi, pajpijiet u manek flessibbli, tal-plastiks, bi pressjoni minima ta' faqgħa ta' 27,6 MPa, b'tagħmir imwaħħal |
|
.33 |
Tubi, pajpijiet u manek flessibli, tal-plastiks, mhux rinforzati jew magħquda mod ieħor ma' materjali oħra, b'tagħmir imwaħħal |
|
.39 |
Tubi, pajpijiet u manek flessibbli, tal-plastiks, rinfurzati jew magħquda mod ieħor ma' materjali oħra, b'tagħmir imwaħħal |
|
.40 |
Tagħmir għal tubi, pajpijiet u manek, tal-plastiks |
39.26 |
3926.90 |
Oġġetti oħrajn tal-plastiks |
40.08 |
4008.29 |
Forom ta' profil ta' gomma mhux ċellulari ivvulkanizzata ħlief gomma iebsa, maqtugħin għal qies |
40.09 |
4009.12 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, mhux rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin ma' materjali oħrajn, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
|
4009.22 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin biss ma' metall, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
|
4009.32 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin biss ma' materjali tessili, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
|
4009.42 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa, rinfurzati jew b'xi mod ieħor imħalltin ma' materjali oħrajn, bit-tagħmir, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
40.11 |
4011.30 |
Tajers pnewmatiċi ġodda, ta' gomma, ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru |
40.12 |
4012.13 |
Tajers pnewmatiċi tal-gomma miksijin mill-ġdid, ta' tip użat fuq bċejjeċ tal-ajru |
|
.20 |
Tajers pnewmatiċi użati, tal-gomma |
40.16 |
4016.10 |
Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata ħlief gomma iebsa |
|
.93 |
Gaskits, woxers u siġilli oħrajn, ta' gomma vilkanizzata mhux ċellulari, ħlief gomma iebsa |
|
.99 |
Oġġetti oħrajn ta' gomma vulkanizzata mhux ċellulari ħlief gomma iebsa |
40.17 |
4017.00 |
Tubi, pajpijiet u manki, ta' gomma iebsa, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-twassil ta' gassijiet jew likwidi |
45.04 |
4504.90 |
Gaskits, woxers u siġilli oħra, ta' sufra magħquda |
48.23 |
4823.90 |
Gaskits, woxers u siġilli oħra, ta' karta jew kartun |
68.12 |
6812.80 |
Oġġetti ta' kroċidolit, ħlief ħwejjeġ, aċċessorji ta' ħwejjeġ, ilbies għar-riġlejn u xedd għar-ras, karta, kartun qawwi, feltru jew materjal li jġonġi ta' fibra ta' asbestos kompressat, f'folji jew rombli |
|
.99 |
Oġġetti oħrajn tal-asbestos, ħlief ħwejjeġ, aċċessorji ta' ħwejjeġ, ilbies għar-riġlejn u xedd għar-ras, karta, kartun qawwi, feltru jew materjal li jġonġi ta' fibra ta' asbestos kompressat, f'folji jew rombli |
68.13 |
6813.20 |
Kisi u pads ta' brejkijiet, u oġġetti oħrajn għall-klaċċijiet jew bħalhom, mhux immuntati, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' asbestos |
|
.81 |
Kisi u pads ta' brejkijiet, mhux immuntati, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' sustanzi minerali, li ma fihx asbestos |
|
.89 |
Oġġetti oħra, mhux immuntati, għal klaċċijiet jew bħalhom, ta' materjal għall-ħakk ta' ħaġa m'oħra b'bażi ta' sustanzi minerali, li ma fihx asbestos |
70.07 |
7007.21 |
Windskrins, magħmula minn ħġieġ ta' sigurtà illaminat |
73.04 |
7304.31 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar mhux-liga, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.39 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar mhux-liga, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.41 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' stainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.49 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' stainless steel, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.51 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief stainless steel, miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.59 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief stainless steel, ħlief miġbudin fil-kiesaħ jew irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bla sħana), b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.90 |
Tubi u pajpijiet, biċċa waħda, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid (ħlief ħadid fondut) jew ta' azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
73.06 |
7306.30 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' ħadid jew azzar mhux liga, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.40 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, tal-istainless steel, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.50 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa tond, ta' azzar ligi ħlief istainless steel, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.61 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, b'wiċċ ta' qatgħa forma ta' kaxxa jew rettangolari, ta' ħadid jew azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.69 |
Tubi u pajpijiet, iwweldjati, ta' oħrajn ta' wiċċ ta' qatgħa mhux tond, ta' ħadid jew azzar, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
73.12 |
7312.10 |
Wajer bis-swiegli, ħbula u kejbils, ta' ħadid jew ta' azzar, mhux iżolati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom |
|
.90 |
Ċineg immaljati, bragi u bħalhom, ta' ħadid jew ta' azzar, mhux iżolati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom |
73.22 |
7322.90 |
Ħiters tal-arja u distributuri tal-arja sħuna, mhux imsaħħnin bl-elettriku, li fihom fann jew blower imħaddmin b'mutur, ta' ħadid jew azzar, esklużi partijiet tagħhom |
73.24 |
7324.10 |
Sinkijiet u friskaturi, tal-istainless steel |
|
.90 |
Oġġetti oħrajn għall-kamra tal-banju, ta' ħadid jew azzar, għajr sinkijiet u friskaturi, tal-istainless steel, u għajr banjijiet, ta' ħadid jew ta' azzar |
73.26 |
7326.20 |
Oġġetti ta' wajer ta' ħadid jew azzar |
74.13 |
7413.00 |
Wajer bis-swiegli, kejbils, ċineg immaljati u bħalhom, ta' ram, mhux inżulati għall-elettriku, b'tagħmir magħhom |
76.08 |
7608.10 |
Tubi u pajpijiet ta' aluminju mhux illigat, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
|
.20 |
Tubi u pajpijiet ta' ligi ta' aluminju, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
81.08 |
8108.90 |
Tubi u pajpijiet, tat-titanju, b'tagħmir magħhom, tajbin għat-trasmissjoni ta' gassijiet jew ta' likwidi |
83.02 |
8302.10 |
Ċappetti, ta' metall ta' valur baxx |
|
.20 |
Castors bl-immuntar ta' metall ta' valur baxx |
|
.42 |
Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx, tajbin għal għamara |
|
.49 |
Fornituri, tagħmir u oġġetti simili ta' metall ta' valur baxx oħrajn |
|
.60 |
Għeluq awtomatiċi ta' metall ta' valur baxx għal bibien |
83.07 |
8307.10 |
Tubi flessibbli, ta' ħadid jew azzar, bit-tagħmir magħhom |
|
.90 |
Tubi flessibbli, ta' metall ta' valur baxx għajr ħadid jew azzar, bit-tagħmir magħhom |
84.07 |
8407.10 |
Magni ta' biċċiet tal-ajru li jaqbdu bi xrara bil-moviment alternat jew magni rotatorji bil-pistuni b'kombustjoni interna |
84.08 |
8408.90 |
Magni li jaqbdu b'kompressjoni bil-pistuni b'kombustjoni interna (magni diżil jew semi-diżil) |
84.09 |
8409.10 |
Partijiet tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-magni ta' biċċiet tal-ajru ta' titlu 8407.10 jew 8408.90 |
84.11 |
8411.11 |
Turbo-ġettijiet ta' pressjoni mhux akbar minn 25 kN |
|
.12 |
Turbo-ġettijiet ta' pressjoni akbar minn 25 kN |
|
.21 |
Turbo skrejjen ta' qawwa mhux akbar minn 1 100 kW |
|
.22 |
Turbo skrejjen ta' qawwa akbar minn 1 100 kW |
|
.81 |
Turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen, ta' qawwa mhux akbar minn 5 000 kW |
|
.82 |
Turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen, ta' qawwa akbar minn 5 000 kW |
|
.91 |
Partijiet ta' turbo-ġettijiet jew turbo-skrejjen |
|
.99 |
Partijiet ta' turbini ta' gass, ħlief turbo-ġettijiet u turbo-skrejjen |
84.12 |
8412.10 |
Magni ta' reazzjoni ħlief turbo-ġettijiet |
|
.21 |
Magni u muturi tal-qawwa idrawlika, jaħdmu lineari (ċilindri) |
|
.29 |
Magni u muturi tal-qawwa idrawlika, jaħdmu b'mod mhux lineari |
|
.31 |
Magni u muturi pnewmatiċi ta' enerġija, jaħdmu lineari (ċilindri) |
|
.39 |
Magni u muturi pnewmatiċi ta' enerġija, jaħdmu b'mod mhux lineari |
|
.80 |
Magni u muturi tal-enerġija mhux elettriċi, ħlief magni ta' reazzjoni, jew magni u muturi tal-qawwa idrawlika jew pnewmatika |
|
.90 |
Partijiet ta' magni ta' reazzjoni, jew ta' magni u muturi tal-enerġija ta' qawwa idrawlika, pnewmatika jew qawwa oħra mhux elettrika |
84.13 |
8413.19 |
Pompi għal likwidi, mgħammrin jew maħsubin biex ikunu mgħammrin b'apparat għal kejl |
|
.20 |
Pompi mħaddma bl-idejn għal likwidi, mhux mgħammrin jew maħsubin biex ikunu mgħammrin b'apparat għal kejl |
|
.30 |
Pompi għal materjali karburanti, lubrikanti jew ta' tkessiħ għal magni bil-pistuni b'kombustjoni interna |
|
.50 |
Pompi b'moviment alternat bi spostament pożittiv għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30 |
|
.60 |
Pompi orotatorji bi spostament pożittiv għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30 |
|
.70 |
Pompi ċentrifugi għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 jew 8413.30 |
|
.81 |
Pompi għal likwidi, ħlief il-pompi ta' 8413.19 , 8413.20 , 8413.30 , 8413.50 , 8413.60 jew 8413.70 |
|
.91 |
Partijiet ta' pompi għal likwidi |
84.14 |
8414.10 |
Pompi bil-vakwu |
|
.20 |
Pompi tal-arja mħaddmin bl-idejn jew bis-saqajn |
|
.30 |
Kumpressuri tal-arja jew jew gass ieħor ta' tip użat f'tagħmir tat-tkessiħ |
|
.51 |
Fannijiet għall-mejda, għall-art, għat-tieqa jew għas-saqaf, b'mutur tal-elettriku fihom stess li ma jitfax iktar minn 125 W |
|
.59 |
Fannijiet, ħlief fannijiet ta' 8414.51 |
|
.80 |
Pompi tal-arja, kumpressuri tal-arja jew gass oħrajn |
|
.90 |
Partijiet ta' pompi tal-arja jew bil-vakwu, kumpressuri tal-arja jew gass u fannijiet; |
84.15 |
8415.81 |
Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li fihom unità għat-tkessiħ u valv għat-taqlib taċ-ċiklu tat-tkessiħ/sħana (pompi għas-sħana li jistgħu jinqalbu) |
|
.82 |
Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li fihom unità għat-tkessiħ iżda mhux valv għat-taqlib taċ-ċiklu tat-tkessiħ/sħana |
|
.83 |
Magni tal-arja kundizzjonata, li fihom fann bil-mutur u elementi biex wieħed jibdel it-temperatura u l-umdità, inklużi dawk il-magni li fihom l-umdità ma tistax tkun irregolata separatament, li ma fihomx unità għat-tkessiħ |
|
.90 |
Partijiet tal-magni tal-arja kundizzjonata ta' 8415.81 , 8415.82 jew 8415.83 |
84.18 |
8418.10 |
Refriġerejters-friżi kombinati, mgħammrin b'bibien ta' barra separati |
|
.30 |
Friżi tat-tip senduq, ma jesgħux aktar minn 800 litru |
|
.40 |
Friżi tat-tip wieqaf, li jesgħu mhux aktar minn 900 litru |
|
.61 |
Unitajiet tat-tip tal-kompressjoni fejn il-kondensaturi huma skambjaturi tas-sħana |
|
.69 |
Tagħmir ta' tkessiħ jew iffriżar għajr refriġerejters tip għad-dar, jew tagħmir ta' tkessiħ jew iffriżar ta' 8418.10 , 8418.30 , 8418.40 jew 8418.61 |
84.19 |
8419.50 |
Unitajiet ta' trasferiment ta' sħana |
|
.81 |
Tagħmir biex isiru xarbiet sħan jew għat-tisjir jew tisħin ta' ikel |
|
.90 |
Partijiet ta' unitajiet ta' trasferiment ta' sħana ta' 8419.50 |
84.21 |
8421.19 |
Ċentrifugi |
|
.21 |
Makkinarju u tagħmir biex jiffiltraw jew isaffu ilma |
|
.23 |
Filtri ta' żejt jew petrol għal magni b'kombustjoni interna |
|
.29 |
Makkinarju u tagħmir biex jiffiltraw jew isaffu likwidi oħra għajr l-ilma jew xorb, minbarra dawk ta' 8421.23 |
|
.31 |
Filtri għad-dħul ta' arja għal magni b'kombustjoni interna |
|
.39 |
Makkinarju u tagħmir li jiffiltraw jew isaffu gassijiet ħlief filtri għad-dħul ta' arja għal magni b'kombustjoni interna |
84.24 |
8424.10 |
Apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le |
84.25 |
8425.11 |
Sett ta' taljoli u paranki ħlief paranki ta' gaġeġ (skip-hoists), imħaddmin b'mutur elettriku |
|
.19 |
Sett ta' taljoli u paranki ħlief paranki ta' gaġeġ (skip-hoists), minbarra mħaddmin b'mutur elettriku |
|
.31 |
Winċijiet jew kapstins imħaddmin b'mutur elettriku |
|
.39 |
Winċijiet jew kapstins minbarra mħaddmin b'mutur elettriku |
|
.42 |
Ġakkijiet, idrawliċi |
|
.49 |
Ġakkijiet, minbarra idrawliċi |
84.26 |
8426.99 |
Krejnijiet oħra |
84.28 |
8428.10 |
Liftijiet u paranki ta' gaġeġ (skip-hoists) |
|
.20 |
Skalaturi u trasportaturi pnewmatiċi |
|
.33 |
Skalaturi u trasportaturi, tip ta' ċinturin, għal oġġetti jew materjali, mhux maħdumin apposta għal użu taħt l-art |
|
.39 |
Skalaturi u trasportaturi li jaħdmu l-ħin kollu, għal oġġetti jew materjali, minbarra dawk maħdumin apposta għal użu taħt l-art, tip ta' barmil, jew tip ta' ċinturin |
|
.90 |
Makkinarju ieħor għall-irfigħ, l-immaniġġar, it-tagħbija jew il-ħatt |
84.43 |
8443.31 |
Magni li jwettqu żewġ funzjonijiet jew aktar ta' stampar, ikkupjar jew trażmissjoni tal-faksimile, li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk |
|
.32 |
Printers, għajr makkinarju għall-istampar użat biex jistampa permezz ta' pjanċi, ċilindri u komponenti oħra ta' stampar ta' titlu 8442 , li huma kapaċi jaqbdu ma' magna awtomatika tal-ipproċessar ta' data jew ma' netwerk |
84.71 |
|
|
|
8471.41 |
Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data, li fihom ġo l-istess għata għal inqas unità ta' ipproċessar ċentrali u unità ta' dħul u ta' ħruġ, flimkien jew le |
|
.49 |
Magni awtomatiċi oħra għall-ipproċessar tad-data oħrajn, minbarra dawk ta' 8471.41 , ippreżentati f'forma ta' sistemi |
|
.50 |
Unitajiet ta' ipproċessar ħlief dawk ta' 8471.41 jew 8471.49 , fihom jew le fl-istess għata wieħed jew tnejn minn dawn it-tipi ta' unità: unitajiet ta' ħażna, unitajiet ta' dħul, unitajiet ta' ħruġ |
|
.60 |
Unitajiet ta' dħul jew ta' ħruġ, fihom jew le unitajiet ta' ħażna fl-istess għata |
|
.70 |
Unitajiet ta' ħażna |
84.79 |
8479.89 |
Magni u tagħmir mekkaniku b'funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band'oħra fil-kapitolu 84, dan li ġej: Muturi tal-istarter mhux elettriċi; Regulaturi tal-iskrejjen, mhux elettriċi; Servomekkaniżmi, mhux elettriċi; Wajpers tal-windskrin, mhux elettriċi; Akkumulaturi idropnewmatiċi; Starters pnewmatiċi għal ġettijiet turbo, skrejjen turbo jew turbini oħrajn tal-gass; Unitajiet tat-tojlit maħdumin apposta għal biċċiet tal-ajru; Azzjonisti mekkaniċi għal qtugħ tal-imbuttatura (thrust reversers); Umidifikaturi u deumidifikaturi tal-arja |
|
.90 |
Partijiet minn magni u tagħmir mekkaniku elenkati taħt 8479.89 |
84.83 |
8483.10 |
Xaftijiet ta' trasmissjoni (inklużi kamxafts u krankxafts) u krankijiet |
|
.30 |
Ħofor tal-berings, mingħajr bolberings jew berings bir-rombli; berings b'xaft lixx |
|
.40 |
Gerijiet u settijiet ta' gerijiet, ħlief roti bis-snien, sprokits bil-katina u elementi oħrajn ta' trasmissjoni ppreżentati separatament; viti tal-boċċi jew tar-rombli; kaxex tal-gerijiet u oġġetti oħrajn li jibdlu l-veloċità, inklużi torque converters |
|
.50 |
Volanti (flywheels) u tarjoli, inklużi blokki ta' tarjoli |
|
.60 |
Klaċċijiet u gganċjar tax-xaft (couplings) (inklużi universal joints) |
|
.90 |
Roti bis-snien, sprokits tal-katina u elementi oħrajn ta' trasmissjoni ppreżentati separatament; partijiet tal-oġġetti ta' 8483.10 , 8483.30 , 8483.40 , 8483.50 jew 8483.60 |
84.84 |
8484.10 |
Gaskits u ġonot simili ta' folji ta' metall flimkien ma' materjal ieħor jew ta' żewġ saffi jew aktar ta' metall |
|
.90 |
Settijiet jew assortimenti ta' gaskits u ġonot simili, mhux l-istess fil-kompożizzjoni, ippreżentati f'boroż, envelops jew pakki simili; |
85.01 |
8501.20 |
Muturi elettriċi universali AC/DC bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W iżda mhux aktar minn 150 kW |
|
.31 |
Muturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda li ma taqbiżx 750 W; ġeneraturi elettriċi DC bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 750 W |
|
.32 |
Muturi elettriċi DC u ġeneraturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 750 W, iżda mhux aktar minn 75 kW |
|
.33 |
Muturi elettriċi DC, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW, iżda mhux aktar minn 150 kW; ġeneraturi DC elettriċi bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW iżda mhux aktar minn 375 kW |
|
.34 |
Ġeneraturi elettriċi DC bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 375 kW |
|
.40 |
Muturi elettriċi AC, single-phase minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda mhux aktar minn 150 kW |
|
.51 |
Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 735 W, iżda mhux aktar minn 750 W |
|
.52 |
Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 750 W, iżda mhux aktar minn 75 kW |
|
.53 |
Muturi elettriċi AC, multi-phase, minbarra dawk ta' 8501.20 , bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kW, iżda mhux aktar minn 150 kW |
|
.61 |
Ġeneraturi elettriċi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 75 kVA |
|
.62 |
Ġeneraturi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kVA iżda mhux aktar minn 375 kVA |
|
.63 |
Ġeneraturi AC (alternaturi), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 375 kVA iżda mhux aktar minn 750 kVA |
85.02 |
8502.11 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 75 kVA |
|
.12 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni ac li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija aktar minn 75 kVA iżda mhux aktar minn 375 kVA |
|
.13 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bil-kompressjoni (magni dijżil jew semi-dijżil), bi produzzjoni ta' enerġija mhux aktar minn 375 kVA |
|
.20 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni li fihom magni bil-pistuni b'kombustjoni interna li jaqbdu bix-xrara |
|
.31 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni oħrajn, li jaħdmu bir-riħ |
|
.39 |
Settijiet ta' ġenerazzjoni oħrajn, minbarra dawk ta' 8502.31 |
|
.40 |
Trasformaturi (converters) rotatorji tal-elettriku |
85.04 |
8504.10 |
Ballasts għal lampi jew tubi li jiskargaw |
|
.31 |
Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija mhux aktar minn 1 kVA |
|
.32 |
Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija aktar minn 1 kVA iżda mhux aktar minn 16 kVA |
|
.33 |
Transformers elettriċi, għajr transformers ta' likwidu dielettriku, b'kapaċità ta' maniġġar ta' enerġija aktar minn 16 kVA iżda mhux aktar minn 500 kVA |
|
.40 |
Converters elettriċi statiċi |
|
.50 |
Inductors elettriċi għajr b allasts għal lampi jew tubi li jiskargaw |
85.07 |
8507.10 |
Akkumulaturi elettriċi, tal-aċtu taċ-ċomb, ta' tip użat biex jixgħel il-magni tal-pistuni |
|
.20 |
Akkumulaturi elettriċi oħrajn, tal-aċtu taċ-ċomb |
|
.30 |
Akkumulaturi elettriċi, kadmju-nikil |
|
.40 |
Akkumulaturi elettriċi, ħadid-nikil |
|
.80 |
Akkumulaturi elettriċi oħrajn |
|
.90 |
Partijiet ta' akkumulaturi elettriċi |
85.11 |
8511.10 |
Sparking plugs |
|
.20 |
Manjeti għat-tqabbid; dinamos bil-manjete; volanti (flywheels) manjetiċi |
|
.30 |
Distributuri; koljaturi tat-tqabbid |
|
.40 |
Muturi għall-istartjar u ġeneraturi għall-istartjar b'għan doppju (dual purpose) |
|
.50 |
Ġeneraturi elettriċi oħrajn ta' tip użat flimkien ma' magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni |
|
.80 |
Tagħmir ieħor tal-elettriku biex iqabbad jew jistartja ta' tip użat għal jew flimkien ma magni b'kombustjoni interna bi tqabbid bix-xrara jew tqabbid bil-kompressjoni, u tagħmir li jaqta' ta' tip użat flimkien ma' dawn il-magni |
85.16 |
8516.80 |
Resistors elettriċi għat-tisħin immuntati biss b'bobbina sempliċi iżolata u konnessjonijiet elettriċi, użati għal kontra s-silġ jew għat-tneħħija tas-silġ |
85.17 |
8517.12 |
Telefowns għal netwerks ċellulari jew netwerks oħra bla wajer |
|
.61 |
Stazzjonijiet bażi għal radju telegrafija jew radju-telefonija |
|
.62 |
Tagħmir ta' riċezzjoni jew ta' trasmissjoni għal radju-telegrafija jew radju-telefonija, minbarra dawk ta' 8517.61 |
|
.69 |
Tagħmir għar-radju-telegrafija jew radju-telefonija minbarra dawk ta' 8517.61 u 8517.62 |
|
.70 |
Antenni u rifletturi ta' antenni għat-tagħmir tar-radju-telefonija jew radju-telegrafija |
85.18 |
8518.10 |
Mikrofoni u stands għalihom |
|
.21 |
Lawdspikers singli, immuntati fil-kaxex tagħhom |
|
.22 |
Lawdspikers multipli, immuntati fl-istess kaxxa |
|
.29 |
Lawdspikers, mhux immuntati fil-kaxex tagħhom |
|
.30 |
Headphones u earphones, kombinati ma' mikrofonu jew le, u settijiet magħmulin minn mikrofonu u lawdspiker wieħed jew aktar |
|
.40 |
Amplifikaturi ta' awdjofrekwenza tal-elettriku |
|
.50 |
Settijiet ta' amplifikaturi tal-ħoss tal-elettriku |
85.19 |
8519.81 |
Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss li juża mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi, li ma fihx strument għar-riproduzzjoni tal-ħoss. |
|
.89 |
Apparat għar-riproduzzjoni tal-ħoss li juża mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi, li ma jinkorporax mezz għal rekordjar tal-ħoss. |
85.21 |
8521.10 |
Apparat li jirrekordja jew jirriproduċi vidjo, li fih jew ma fihx tuner tal-vidjo, tip b'tejp manjetiku |
85.22 |
8522.90 |
Immuntar u sub-immuntar magħmulin minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien, għal apparat ta' reġistrazzjoni tal-ħoss bl-użu ta' mezzi manjetiċi, ottiċi jew semikondutturi li ma jinkorporaz mezz għar-riproduzzjoni tal-ħoss, li jaqa' taħt 8519.81 , u apparat ieħor li jirrekordja li ma jinkorporaxmezz għar-riproduzzjoni tal-ħoss |
85.26 |
8526.10 |
Apparat tar-radar |
|
.91 |
Apparat tar-radju għal għajnuna għan-navigazzjoni |
|
.92 |
Apparat tar-radju bil-kontroll mill-bogħod |
85.28 |
8528.41 |
Moniters b'tubu vakwu (cathode ray tube) ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471 |
|
.51 |
Moniters oħrajn, ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471 |
|
.61 |
Proġekters, ta' tip użat biss jew prinċipalment ma' sistema awtomatika tal-ipproċessar ta' data ta' titlu 8471 |
85.29 |
8529.10 |
Antenni u rifletturi ta' antenni ta' kull tip; tajbin għal użu biss jew prinċipalment mal-apparat ta' titlu 85.26 |
|
.90 |
Immuntar u sub-immuntar tal-apparat ta' 8526 , li jikkonsisti minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien |
85.31 |
8531.10 |
Allarmi tas-serq jew tan-nar u apparat simili |
|
8531.20 |
Pannelli indikaturi li fihom mezzi kristall likwidu (LCD) jew dajowds li jarmu d-dawl (LED) |
|
.80 |
Apparat tas-sinjalar tal-elettriku ta' ħoss jew viżwali ħlief dawk ta' titlu 8531.10 jew 8531.20 |
85.36 |
8536.70 |
Konnekters ta' plastiks użati għal fibra ottika, mazzi jew kejbils ta' fibra ottika |
85.39 |
8539.10 |
Unitajiet ta' lampi raġġ-issiġillat |
85.43 |
8543.70 |
Reġistraturi ta' titjiriet; synchros u transducers elettriċi; defrostaturi u demisters b'resistors elettriċi għal biċċiet tal-ajru |
|
.90 |
Immuntar u sub-immuntar għal reġistraturi ta' titjiriet li jikkonsisti minn żewġ partijiet jew biċċiet jew aktar marbutin jew imwaħħlin flimkien |
85.44 |
8544.30 |
Settijiet ta' sistemi ta' wajers għat-tqabbid jew settijiet oħrajn ta' sistemi ta' wajers ta' tip użat f'biċċiet tal-ajru |
88.01 |
8801.00 |
Blalen tal-ajru u bastimenti tal-ajru diriġibbl; glajders, hangglajders u inġenji oħrajn tal-ajru mingħajr mezz ta' enerġija (non-powered) |
88.02 |
8802.11 |
Ħelikopters, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000 kg |
|
.12 |
Ħelikopters, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 2 000 kg |
|
.20 |
Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'meżżi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija mhux aktar minn 2 000 kg |
|
.30 |
Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'mezzi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija aktar minn 2 000 kg iżda mhux aktar minn 15 000 kg |
|
.40 |
Ajruplani u inġenji oħrajn tal-ajru b'meżżi ta' enerġija, b'piż mingħajr tagħbija ta' aktar minn 15 000 kg |
88.03 |
8803.10 |
Skrejjen u rotors u partijiet tagħhom |
|
.20 |
Undercarriages u partijiet tagħhom |
|
.30 |
Partijiet ta' ajruplani u ħelikopters, ħlief dawk ta' titlu 8803.10 jew 8803.20 |
|
.90 |
Partijiet oħrajn ta' oġġetti ta' titli 88.01 u 88.02 |
88.05 |
8805.29 |
Inġenji għat-taħriġ li jtiru fl-art u partijiet tagħhom, minbarra simulaturi ta' taqbid fl-ajru u partijiet tagħhom ta' 8805.21 |
90.01 |
9001.90 |
Lentijiet, priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ta' kull materjal, mhux immuntati, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament |
90.02 |
9002.90 |
Lentijiet, priżmi, mirja u elementi ottiċi oħrajn, ħlief lentijiet jew filtri ta' obbjettivi, ta' kull materjal, immuntati, li huma partijiet jew tagħmir għal strumenti jew apparat, ħlief dawk l-elementi tal-ħġieġ mhux maħdumin ottikament |
90.14 |
9014.10 |
Boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni |
|
.20 |
Strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika (ħlief boxxli) |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji għal boxxli biex wieħed isib id-direzzjoni u għal strumenti u tagħmir għal navigazzjoni aeronawtika (ħlief boxxli) |
90.20 |
9020.00 |
Apparat ta' respirazzjoni u maskri tal-gass, ħlief maskri protettivi li la fihom partijiet mekkaniċi u lanqas filtri sostitwibbli, esklużi partijiet minnhom |
90.25 |
9025.11 |
Termometri u pirometri, mimlijin b'likwidu, għal qari dirett, mhux imħalltin ma' strumenti oħrajn |
|
.19 |
Termometri u pirometri oħrajn, mhux imħalltin ma' strumenti oħrajn |
|
.80 |
Strumenti oħra tat-titlu 90.25 |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji tas-subtitli 9025.11 , 9025.19 jew 9025.80 |
90.26 |
9026.10 |
Strumenti u apparat għall-kejl u l-iċċekkjar tal-ħruġ jew tal-livell ta' likwidi |
|
.20 |
Strumenti u apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar tal-pressjoni ta' likwidi jew gassijiet |
|
.80 |
Strumenti u apparat għall-kejl jew l-iċċekkjar ta' varjabbli ta' likwidi jew gassijiet, ħlief strumenti u apparat tas-subtitli 9026.10 jew 9026.20 |
|
.90 |
Partijiet ta' strumenti u apparat tas-subtitli 9026.10 , 9026.20 jew 9026.80 |
90.29 |
9029.10 |
Apparat għal kejl ta' dawran, tal-elettriku jew elettroniku, |
|
.20 |
Indikaturi ta' veloċità u takometri |
|
.90 |
Bċejjeċ u aċċessorji ta' apparat għal kejl ta' dawran, indikaturi ta' veloċità u takometri |
90.30 |
9030.10 |
Strumenti u apparat għal kejl jew qbid ta' radjazzjonijiet jonizzanti |
|
.20 |
Oxxilloskopji u oxxillografi |
|
.31 |
Strumenti u tagħmir ieħor, għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, mingħajr mezz ta' rrekordjar |
|
.32 |
Multimiters għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, b'mezz ta' rrekordjar |
|
.33 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 jew 9030.31 , għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, mingħajr mezz ta' rrekordjar |
|
.39 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 jew 9030.32 , għal kejl jew iċċekkjar ta' vultaġġ, kurrent, reżistenza jew qawwa elettrika, b'mezz ta' rrekordjar |
|
.40 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.32 , jew 9030.39 , għal kejl jew iċċekkjar ta' kwantitajiet elettriċ, b'mezz ta' rrekordjar, maħsubin apposta għal telekomunikazzjonijiet |
|
.84 |
Strumenti u tagħmir, ġlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.32 , 9030.39 , jew 9030.40 , għal kejl jew iċċekkjar ta' kwantitajiet elettriċ, b'mezz ta' rrekordjar |
|
.89 |
Strumenti u tagħmir, ħlief dawk tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.31 , 9030.32 , 9030.33 , 9030.39 , 9030.40 jew 9030.84 , għal kejl jew ivverifikar ta' kwantitajiet elettriċi |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji ta' strumenti u tagħmir tas-subtitli 9030.10 , 9030.20 , 9030.31 , 9030.32 , 9030.33 , 9030.39 , 9030.40 , 9030.84 jew 9030.89 |
90.31 |
9031.80 |
Strumenti u tagħmir għal kejl u ċċekkjar li mhumiex speċifikati jew inklużi band'oħra fil-Kapitolu 90 |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji għal strumenti u apparat tas-subtitlu 9031.80 |
90.32 |
9032.10 |
Termostati |
|
.20 |
Manostati |
|
.81 |
Strumenti u apparati idrawliċi jew pnewmatiċi li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament |
|
.89 |
Strumenti u tagħmir oħrajn li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament |
|
.90 |
Partijiet u aċċessorji għal strumenti u apparat ta' 90.32 li jirregolaw jew jikkontrollaw awtomatikament |
91.04 |
9104.00 |
Arloġġi ta' pannella ta' strumenti u arloġġi ta' tip simili għal inġenji tal-ajru |
91.09 |
9109.19 |
Mekkaniżmi ta' arloġġ b'wisgħa jew dijametru ta' mhux aktar minn 50 mm, kompluti u mmuntati, imħaddmin bil-batterija, akkomulatur jew l-elettriku, ħlief ta' żveljarini |
|
.90 |
Mekkaniżmi ta' arloġġ b'wisgħa jew dijametru ta' mhux aktar minn 50 mm, kompluti u mmuntati, minbarra dawk imħaddmin bil-batterija, akkomulatur jew l-elettriku, ħlief ta' żveljarini |
94.01 |
9401.10 |
Sits (seats), minbarra sits miksija bil-ġilda |
94.03 |
9403.20 |
Għamara tal-metal, ħlief siġġijiet |
|
.70 |
Għamara tal-plastiks, ħlief siġġijiet, |
94.05 |
9405.10 |
Lampi u tagħmir (fittings) tad-daw għas-saqaf jew għall-ħajt, ta' metall ta' valur baxx jew ta' plastiks |
|
.60 |
Sinjali mdawwlin, pjanċi tal-ismijiet mdawwlin u bħalhom, ta' metall ta' valur baxx jew ta' plastiks |
|
.92 |
Partijiet tal-oġġetti tas-subtitli 9405.10 jew 9405.60 , ta' plastiks |
|
.99 |
Partijiet tal-oġġetti tas-subtitli 9405.10 jew 9405.60 , ta' metall ta' valur baxx |
(*1) Għall-fini tal-Artikolu 1.1 ta' dan il-Ftehim “apparat ta' taħriġ ta' simulazzjoni tat-titjir” għandu jitqies bħala ħarrieġa ta' titjir fuq l-art kif previst skont 8805.29 tas-Sistema Armonizzata.