11.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/1 |
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra
L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, u r-Renju tas-Swaziland innotifikaw it-tlestija tal-proċeduri neċessarji għall-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (1), f'konformità mal-Artikolu 113 ta' dak il-Ftehim. Konsegwentement, il-Ftehim japplika proviżorjament mill-10 ta' Ottubru 2016 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju tal-Lesoto, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, u r-Renju tas-Swaziland. Bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, l-Artikolu 12(4) ma għandux jiġi applikat proviżorjament. Fl-10 ta' Ottubru 2016, għall-prodotti li joriġinaw fil-Botswana, in-Namibja u s-Swaziland, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1076 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), il-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” ser jieħu post id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament imsemmi.
(1) ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.
(2) ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1.