|
24.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo (*1), min-naħa l-oħra
Billi l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim imsemmi hawn fuq tlestew fis-26 ta' Frar 2016, dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta' April 2016, f'konformità mal-Artikolu 144 tiegħu.
(*1) Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.