4.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/1 |
Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil
L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016, wara li l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(2) tal-Arranġament intemmet fit-22 ta' Diċembru 2015.