15.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/73


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 172/2015

tal-11 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/2207]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE ġiet estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (1) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 249/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 (2).

(2)

Din il-kooperazzjoni għandha tiġi estiża għan-Norveġja, bil-kondizzjonijiet previsti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, li l-parteċipazzjoni tagħha għandha għalhekk tibda mill-1 ta' Jannar 2014.

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 1(8d)(e) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, il-kliem “in-Norveġja u” huma mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija tibda' tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.

(2)   ĠU L 263, 8.10.2015, p. 40.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.