|
4.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/87 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 126/2015
tat-30 ta' April 2015
li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE [2016/1309]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, u r-rekwiżiti ta' teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 18r (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2006) tal-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 R 1153: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1153/2014 tad-29 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 9).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1153/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 309, 30.10.2014, p. 9.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.