|
4.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 106/2015
tat-30 ta' April 2015
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2016/1289]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2014/46/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabilità stradali ta' vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li tirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE (3) kif ikkoreġuta ĠU L 197,4.7.2014, p. 87 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Id-Direttiva 2014/45/UE tirrevoka, b'effett mill-20 ta' Mejju 2018, id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li għaldaqstant għandha tiġi irrevokata skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-20 ta' Mejju 2018. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2014/47/UE tirrevoka, b'effett mill-20 ta' Mejju 2018, id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li għaldaqstant għandha tiġi irrevokata skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-20 ta' Mejju 2018. |
|
(6) |
Għaldaqstant, l-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat b'dan il-mod:, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jkun emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 16a (tad-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 17h (tad-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
3. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 24c (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE):
|
|
4. |
It-testi tal-punti 16a (id-Direttiva 2009/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 17h (id-Direttiva 2000/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi imħassar b'effett mill-20 ta' Mejju 2018. |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttivi 2014/45/UE, 2014/46/UE u 2014/47/UE kif korretti minn ĠU L 197, 4.7.2014, p. 87, bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 88/2014 (6), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu taż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51.
(2) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 129.
(3) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.
(4) ĠU L 141, 6.6.2009, p. 12.
(5) ĠU L 203, 10.8.2000, p. 1.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.
(6) Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 88/2014 tas-16 ta' Mejju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE (ĠU L 310, 30.10.2014, p. 40).