4.8.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 102/2015

tat-30 ta' April 2015

li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) u l-Protokoll 31 (dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet) tal-Ftehim ŻEE [2016/1285]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 jirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (2), li hi inkluża fil-Ftehim ŻEE, u konsegwentement ir-referenza għad-Deċiżjoni 2008/49/KE għandha titħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness X u l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti segwenti jiddaħħlu wara l-punt 2d (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/287/UE) tal-Anness X tal-Ftehim ŻEE:

“3.

32012 R 1024: Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Il-kliem ‘l-Artikolu 26(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)’ u ‘l-Artikolu 26(2) tat-TFUE’ għandhom jinqraw ‘l-Artikolu 1(2)(a) sa (d) tal-Ftehim ŻEE’.

(b)

Il-kliem ‘atti tal-Unjoni’ għandhom jinqraw ‘atti tal-Unjoni inkorporati fil-Ftehim ŻEE’.”

Artikolu 2

It-test tat-tieni inċiż (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE) tal- Artikolu 17(6)(b) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE huwa mħassar.

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 13, 16.1.2008, p. 18.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.