|
4.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 211/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 85/2015
tat-30 ta' April 2015
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/1268]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2014/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-twettiq tad-disponibbiltà fis-suq ta' reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2014/29/UE tħassar, b'effett mill-20 ta' April 2016, id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hija inkorporata fil-Ftehim u li għaldaqstant għandha titħassar skont l-istess Ftehim b'effett mill-20 ta' April 2016. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 6e (id-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):
|
|
2. |
It-test tal-punt 6 (id-Direttiva 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar b'seħħ mill-20 ta' April 2016. |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2014/29/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 96, 29.3.2014, p. 45.
(2) ĠU L 264, 8.10.2009, p. 12.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.