19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2015

tal-20 ta' Marzu 2015

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2016/756]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Jixraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża biex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 16 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 1082: Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).

Il-Liechtenstein għandu jġarrab l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minħabba l-involviment tiegħu fl-attivitajiet fl-ambitu tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE. Jekk u meta l-Liechtenstein isir parteċipant fit-tielet Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014, id-dispożizzjonijiet tas-soltu dwar ir-rimborż tal-ispejjeż japplikaw.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.