19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2015

tal-20 ta' Marzu 2015

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE [2016/749]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/101/UE tat- 30 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (1) għandha tiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 13ca (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 L 0101: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2014/101/UE tat-30 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 32).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/101/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2015, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 311, 31.10.2014, p. 32.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.