19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 47/2015

tal-20 ta' Marzu 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/730]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2014 tal-10 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 rigward it-tneħħija ta' esteri tal-aċidu montaniku (E 912) (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2014 tat-12 ta' Settembru 2014 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet għall-propjonat tal-kalċju (2) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti alimentari. Il-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti alimentari ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzzr (ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 R 0957: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2014 tal-10 ta' Settembru 2014 (ĠU L 270, 11.9.2014, p. 1).”

2.

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 69 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012):

“—

32014 R 0957: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 957/2014 tal-10 ta' Settembru 2014 (ĠU L 270, 11.9.2014, p. 1),

32014 R 0966: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 966/2014 tat-12 ta' Settembru 2014 (ĠU L 272, 13.9.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 957/2014 u (UE) Nru 966/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2015, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 270, 11.9.2014, p. 1.

(2)   ĠU L 272, 13.9.2014, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.