19.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 129/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 43/2015

tal-20 ta' Marzu 2015

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2016/726]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2014/33/UE tħassar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE (2) b'effett mill-20 ta' April 2016 li hija inkorporata fil-Ftehim u li għaldaqstant għandha titħassar skont il-Ftehim b'effett mill-20 ta' April 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu III tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 5 (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE):

“6.

32014 L 0033: Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta' sikurezza għal-liftijiet (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251).”

2.

It-test tal-punt 5 (id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/16/KE) għandu jitħassar b'effett mill-20 ta' April 2016.

3.

Taħt l-intestatura “ATTI LI TAGĦHOM IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦANDHOM JIEĦDU NOTA”, il-punt 6 (ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 95/216/KE) huwa nnumerat mill-ġdid bħala l-punt 1.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/33/UE bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Marzu 2015, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Marzu 2015.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 96, 29.3.2014, p. 251.

(2)  ĠU L 213, 7.9.1995, p. 1.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.