|
17.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 72/66 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT BEJN L-UE U L-IŻLANDA Nru 1/2016
tas-17 ta' Frar 2016
li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva [2016/386]
IL-KUMITAT KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Lulju 1972 (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 tal-Ftehim rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll 3”),
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 11 tal-Ftehim jirreferi għall-Protokoll 3 li jistabbilixxi r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għall-kumulazzjoni tal-oriġini bejn l-UE, l-Iżlanda, l-Iżvizzera (inkluż il-Liechtenstein), in-Norveġja, it-Turkija, il-Gżejjer Faeroe u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Barċellona, jiġifieri l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, il-Palestina (2), is-Sirja u t-Tuneżija. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 huwa previst li l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 30 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-protokoll. |
|
(3) |
Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (3) (minn hawn 'il quddiem “il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja permezz ta' att legali wieħed. |
|
(4) |
L-UE u l-Iżlanda ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u t-30 ta' Ġunju 2011, rispettivament. |
|
(5) |
L-UE u l-Iżlanda ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u t-12 ta' Marzu 2012, rispettivament. Konsegwentement, permezz tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tagħha, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fir-rigward tal-UE u tal-Iżlanda fl-1 ta' Mejju 2012. |
|
(6) |
Il-Konvenzjoni inkludiet parteċipanti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni u r-Repubblika tal-Moldova fiż-żona pan-Ewro-Mediterranja ta' kumulazzjoni tal-oriġini. |
|
(7) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jagħmel referenza għall-Konvenzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ dakinhar tal-adozzjoni tagħha.
Tapplika mill-1 ta' Mejju 2015.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2016.
Għall-Kumitat konġunt
Il-President
Petros SOURMELIS
(1) ĠU L 301, 31.12.1972, p. 2.
(2) Id-deżinjazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata bħala rikonoxximent ta' Stat tal-Palestina u hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni.
ANNESS
Protokoll 3
rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva
Artikolu 1
Ir-regoli tal-oriġini applikabbli
Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1) (“il-Konvenzjoni”).
Ir-referenzi kollha għall-“ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini pan-Ewro-Mediterranji jinftehmu bħala li jirreferu għal dan il-Ftehim.
Artikolu 2
Soluzzjoni tat-tilwim
Meta jfeġġ tilwim b'rabta mal-proċeduri ta' verifika tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li ma jkunx jista' jissolva bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qegħdin jitolbu l-verifika u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli għat-twettiq ta' din il-verifika, dan jitressaq lill-Kumitat Konġunt.
Fil-każijiet kollha s-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur isseħħ skont il-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż.
Artikolu 3
Emendi għall-Protokoll
Il-Kumitat Konġunt jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 4
Irtirar mill-Konvenzjoni
1. F'każ li l-UE jew inkella l-Iżlanda jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-UE u l-Iżlanda għandhom jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.
2. Sakemm jidħlu fis-seħħ tali regoli tal-oriġini appena nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, meta xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli dak il-ħin tal-irtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, minn dak il-ħin tal-irtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, meta xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu kumulazzjoni bilaterali bejn l-UE u l-Iżlanda biss.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet ta' tranżizzjoni — kumulazzjoni
Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, meta l-kumulazzjoni tinvolvi biss lill-Istati tal-EFTA, lill-Gżejjer Faeroe, lill-UE, lit-Turkija, lill-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, u lir-Repubblika tal-Moldova, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat ta' moviment EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.