17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/61


DEĊIŻJONI Nru 2/2016 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tas-7 ta' Marzu 2016

li taħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) [2016/384]

Il-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (3), u partikolarment l-Artikolu 2(6) tal-Anness III tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 8/2005 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-20 ta' Lulju 2005 dwar l-Istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 9 tal-Istatuti u r-regoli ta' proċedura taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) jipprevedi li l-Kumitat tal-Ambaxxaturi għandu jaħtar il-membri tal-Bord Eżekuttiv, għal perijodu massimu ta' ħames snin.

(2)

Il-mandat tat-tliet membri tal-AKP tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi, maħtura bid-Deċiżjoni Nru 3/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (5), li ġiet emendata bid-Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE (6), ser jiskadi fis-6 ta' Settembru 2018, jew fiż-żmien tal-għeluq taċ-Ċentru, skont liema jiġi l-ewwel.

(3)

Peress li rriżenjat waħda mill-membri tal-AKP, il-pożizzjoni tagħha saret vakanti.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li jinħatar membru ġdid tal-Bord Eżekuttiv għall-perijodu li jifdal tal-mandat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja għandha tinħatar bħala membru tal-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI minflok is-Sinjura Maria MACHAILO-ELLIS:

is-Sur Lekwalo Leta MOSIENYANE.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista' jintalab jieħu, skont il-prerogattivi tiegħu, għall-bqija tal-mandat attwali — jiġifieri s-6 ta' Settembru 2018, jew fiż-żmien tal-għeluq taċ-Ċentru, skont liema jiġi l-ewwel — il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊŻI għandu jkun magħmul kif ġej:

 

is-Sur Jacek ADAMSKI

 

is-Sur Martin BENKO

 

is-Sinjura Nicole BOLLEN

 

is-Sur John Atkins ARUHURI

 

is-Sur Lekwalo Leta MOSIENYANE

 

is-Sur Félix MOUKO.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Din tista' tiġi riveduta f'kull ħin skont is-sitwazzjoni taċ-Ċentru.

Magħmul fi Brussel, is-7 ta' Marzu 2016.

Għall-AKP-UE Kumitat tal-Ambaxxaturi

Il-President

P. DE GOOIJER


(1)   ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)   ĠU L 66, 8.3.2006, p. 16.

(5)   ĠU L 263, 5.10.2013, p. 18.

(6)  Id-Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tal-5 ta' Awwissu 2014 dwar il-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Intrapriżi (ĊŻI) (ĠU L 245, 20.8.2014, p. 9).