8.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 273/3


FTEHIM

fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-estensjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-istatus tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Brussell, l-4 ta' Awwissu 2016

Eċċellenza,

Fit-30 ta' Mejju 2007, il-Kunsill stabbilixxa, bl-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, il-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bl-għan li tikkontribwixxi għall-ħolqien, taħt appartenenza Afgana, ta' arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi.

Fl-14 ta' Ottubru 2010, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan iffirmaw ftehim dwar l-Istatus tal-EUPOL AFGHANISTAN. Dan il-Ftehim jiskadi fl-14 ta' Ottubru 2016. L-Artikolu 20(4) tiegħu jistipula li dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.

Il-mandat tal-EUPOL AFGHANISTAN jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. Wara din id-data, il-proċess tat-terminazzjoni tal-missjoni, inkluża d-dispożizzjoni tal-assi tagħha, huwa mistenni li jdum għal perijodu ta' mhux aktar minn disa' xhur.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, nipproponi li l-Ftehim dwar l-Istatus tal-EUPOL AFGHANISTAN tal-14 ta' Ottubru 2010 jiġi estiż għal perijodu ta' sena (waħda) sakemm ma jiġix terminat minn waħda mill-Partijiet b'notifika bil-miktub minn qabel ta' 3 (tliet) xhur u japplika għall-persunal tal-UE inkarigat mit-terminazzjoni tal-EUPOL AFGHANISTAN kif ukoll għall-assi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

Jekk jogħġbok infurmani jekk taqbilx dwar din il-proposta. Jekk inti taqbel dwarha, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, ser tikkostitwixxi emenda permezz ta' ftehim bil-miktub tal-ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-EUPOL AFGHANISTAN fis-sens tal-Artikolu 20(4) ta' dan il-ftehim, li jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.

Nassigurak, Eċċellenza, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

Federica MOGHERINI

B.   Ittra mir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Kabul, it-3 ta' Settembru 2016

Għażiża Rappreżentant Għoli,

Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek datata l-4 ta' Awwissu 2016 dwar l-estensjoni tal-Ftehim dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan, li taqra kif ġej:

“Fit-30 ta' Mejju 2007, il-Kunsill stabbilixxa, bl-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, il-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bl-għan li tikkontribwixxi għall-ħolqien, taħt appartenenza Afgana, ta' arranġamenti tal-pulizija sostenibbli u effettivi.

Fl-14 ta' Ottubru 2010, l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan iffirmaw ftehim dwar l-Istatus tal-EUPOL AFGHANISTAN. Dan il-Ftehim jiskadi fl-14 ta' Ottubru 2016. L-Artikolu 20(4) tiegħu jistipula li dan il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.

Il-mandat tal-EUPOL AFGHANISTAN jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016. Wara din id-data, il-proċess tat-terminazzjoni tal-missjoni, inkluża d-dispożizzjoni tal-assi tagħha, huwa mistenni li jdum għal perijodu ta' mhux aktar minn disa' xhur.

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, nipproponi li l-Ftehim dwar l-Istatus tal-EUPOL AFGHANISTAN tal-14 ta' Ottubru 2010 jiġi estiż għal perijodu ta' sena (waħda) sakemm ma jiġix terminat minn waħda mill-Partijiet b'notifika bil-miktub minn qabel ta' 3 (tliet) xhur u japplika għall-persunal tal-UE inkarigat mit-terminazzjoni tal-EUPOL AFGHANISTAN kif ukoll għall-assi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu.

Jekk jogħġbok infurmani jekk taqbilx dwar din il-proposta. Jekk inti taqbel dwarha, din l-ittra, flimkien mat-tweġiba tiegħek, ser tikkostitwixxi emenda permezz ta' ftehim bil-miktub tal-ftehim imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan dwar l-EUPOL AFGHANISTAN fis-sens tal-Artikolu 20(4) ta' dan il-ftehim, li jidħol fis-seħħ fid-data tar-riċezzjoni tal-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

Għandi l-pjaċir ninfurmak li naqbel mat-termini suġġeriti fl-ittra tiegħek.

Nassigurak, Sinjura, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan

Salahuddin RABBANI