19.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 225/3 |
PROTOKOLL EMENDATORJU GĦALL-FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE
L-UNJONI EWROPEA
u
L-PRINĊIPAT TA' MONACO,
minn hawn 'il quddiem imsejħa “Parti Kontraenti” jew, flimkien, “Partijiet Kontraenti”,
BIL-GĦAN li jiġi implimentat l-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) f'qafas ta' kooperazzjoni li jqis l-interessi leġittimi taż-żewġ Partijiet Kontraenti,
BILLI l-Partijiet Kontraenti għandhom relazzjoni fit-tul u mill-qrib dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari b'rabta mal-applikazzjoni ta' miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar tassazzjoni ta' dħul minn tfaddil fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx (1), u jixtiequ jtejbu l-konformità tat-taxxa internazzjonali billi jkomplu jibnu fuq dik ir-relazzjoni,
BILLI l-Partijiet Kontraenti jixtiequ jaslu għal ftehim biex itejbu l-konformità tat-taxxa internazzjonali bbażata fuq l-iskambju awtomatiku reċiproku ta' informazzjoni, soġġett għall-kunfidenzjalità u għal protezzjonijiet oħrajn imsemmija f'dan il-Protokoll Emendatorju, inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw l-użu tal-informazzjoni skambjata,
BILLI l-Partijiet Kontraenti jaqblu li l-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju jrid jikkonforma mal-Istandard tal-OECD għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala “Standard Globali”,
BILLI l-Artikolu 12 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”), li fil-forma attwali tiegħu (2) qabel ma jiġi emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju jillimita t-trażmissjoni ta' informazzjoni għat-talbiet li jikkonċernaw atti li jikkostitwixxu evażjoni tat-taxxa, għandu jkun allinjat mal-istandard tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni għall-kwistjonijiet relatati mat-taxxa sabiex jissodisfa l-objettivi ta' dan l-Istandard kif stabbiliti fid-dettall fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju u li huma f'konformità mas-salvagwardji ta' kunfidenzjalità u ta' protezzjoni tad-data personali previsti fl-Artikolu 6 tal-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju u mill-Anness III tiegħu,
BILLI, għall-Istati Membri, id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3), tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea li japplikaw ukoll għall-iskambji ta' informazzjoni affettwati mill-Istati Membri koperti bil-Ftehim kif jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju,
BILLI l-protezzjoni tad-data personali fil-Prinċipat ta' Monaco hija rregolata bil-Liġi Nru 1.165 tat-23 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tad-data personali kif emendata bil-Liġi Nru 1.240 tat-2 ta' Lulju 2001 u bil-Liġi Nru 1.353 tal-4 ta' Diċembru 2008, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2009 u tinkludi l-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Ordni Sovrana Nru 2.230 tad-19 ta' Ġunju 2009 (4),
BILLI sad-data tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll Emendatorju, il-Kummissjoni Ewropea għadha ma adottatx deċiżjoni skont l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE biex tiżgura li l-Prinċipat ta' Monaco jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data personali,
BILLI l-Partijiet Kontraenti impenjaw ruħhom li jimplimentaw u li jħarsu s-salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Ftehim li jirriżultaw minn dan il-Protokoll Emendatorju, inkluż l-Anness III tiegħu, biex jiġi żgurat li l-ebda Parti Kontraenti ma tkun tista' tuża xi ġustifikazzjoni partikolari biex tirrifjuta l-iskambju ta' informazzjoni mal-Parti Kontraenti l-oħra,
BILLI l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti, l-Awtoritajiet Kompetenti li jibagħtu u l-Awtoritajiet Kompetenti li jirċievu, bħala kontrolluri tad-data, ma għandhomx iżommu informazzjoni pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju aktar milli meħtieġ biex jiksbu l-objettivi tiegħu. Minħabba d-differenzi fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri differenti u tal-Prinċipat ta' Monaco, il-perijodu massimu ta' żamma tad-data għal kull Parti Kontraenti għandu jiġi stabbilit b'referenza għall-istatut ta' limitazzjonijiet ipprovdut mil-leġislazzjoni nazzjonali tat-taxxa ta' kull kontrollur tad-data,
BILLI l-kategoriji ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u Kontijiet Rapportabbli koperti mill-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju huma mfassla biex jillimitaw l-opportunitijiet għal min iħallas it-taxxa biex jevitaw li jiġu rrappurtati billi jċaqilqu l-assi għal Istituzzjonijiet Finanzjarji jew jinvestu fi prodotti finanzjarji li huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju. Madankollu, ċertu Istituzzjonijiet Finanzjarji u kontijiet li jippreżentaw riskju baxx li jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni. Ġeneralment, ma għandhomx jiġu inklużi limiti, għaliex dawn jistgħu faċilment jinħarbu billi l-kontijiet jinqasmu bejn Istituzzjonijiet Finanzjarji differenti. L-informazzjoni finanzjarja li jeħtieġ li tiġi rrappurtata u skambjata ma għandhiex tikkonċerna biss id-dħul rilevanti kollu (interessi, dividendi u tipi simili ta' dħul) iżda wkoll bilanċi tal-kontijiet u dħul mill-bejgħ minn Assi Finanzjarji, sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn min iħallas it-taxxa jfittex jaħbi kapital li fih innifsu jirrappreżenta dħul jew assi li fir-rigward tagħhom tkun ġiet evitata t-taxxa. Għalhekk, l-ipproċessar ta' informazzjoni skont il-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri u tal-Prinċipat ta' Monaco jkunu jistgħu jidentifikaw b'mod korrett u inekwivoku lill-persuni li jħallsu t-taxxa kkonċernati, jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom f'sitwazzjonijiet transfruntiera, jevalwaw kemm hu possibbli li ssir evażjoni tat-taxxa u jevitaw li jsiru investigazzjonijiet ulterjuri li mhumiex meħtieġa,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-Titolu għandu jinbidel b'dan li ġej: “Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji biex tittejjeb il-konformità tat-taxxa internazzjonali, f'konformità mal-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet tat-Taxxa stabbilit mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi — (l-OECD)”; |
(2) |
L-Artikoli 1 sa 21 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “Artikolu 1 Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-termini u l-espressjonijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsiriet li ġejjin:
2. Kull terminu b'ittra inizjali kapitali li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim għandu jkollu t-tifsira li kellu meta nkiteb: (i) fil-każ tal-Istati Membri, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (5) jew, fejn applikabbli, fil-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru li japplika l-Ftehim, u (ii) fil-każ ta' Monaco, fil-liġijiet nazzjonali tiegħu, u t-tifsira għandha tkun konsistenti mat-tifsira stipulata fl-Annessi I u II. Kull terminu li mhuwiex definit mod ieħor f'dan il-Ftehim jew fl-Annessi I jew II għandu jkollu, sakemm il-kuntest ma jkunx jeħtieġ mod ieħor jew sakemm l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru u l-Awtorità Kompetenti ta' Monaco ma jaqblux dwar tifsira komuni kif stipulat fl-Artikolu 7 (b'konformità mal-liġijiet nazzjonali), it-tifsira li jkollu f'dak il-waqt skont il-liġijiet tal-ġurisdizzjoni kkonċernata li tapplika dan il-Ftehim: (i) fil-każ tal-Istati Membri, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni jew, fejn applikabbli, il-liġijiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, u (ii) fil-każ ta' Monaco, skont il-liġi nazzjonali tiegħu, bi kwalunkwe tifsira skont il-liġijiet tat-taxxa applikabbli tal-ġurisdizzjoni kkonċernata (li tkun Stat Membru jew Monaco) tipprevali fuq tifsira mogħtija lit-terminu skont liġijiet oħrajn ta' dik il-ġurisdizzjoni. Artikolu 2 Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Rapportabbli 1. Skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u soġġett għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar u d-diliġenza dovuta konsistenti mal-Annessi I u II, li għandhom jiffurmaw parti integrali minn dan il-Ftehim, kull sena l-Awtorità Kompetenti ta' Monaco għandha tiskambja mal-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru, u l-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru għandhom jiskambjaw kull sena mal-Awtorità Kompetenti ta' Monaco, fuq bażi awtomatika, l-informazzjoni miksuba skont dawn ir-regoli u li huma speċifikati fil-paragrafu 2. 2. L-informazzjoni li għandha tiġi skambjata fir-rigward ta' kull Kont Rapportabbli ta' Monaco fil-każ ta' Stat Membru, u kull Kont Rapportabbli ta' kull Stat Membru fil-każ ta' Monaco, hija:
Artikolu 3 Iż-żmien u l-mod ta' Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni 1. Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-ammont u l-karatterizzazzjoni ta' pagamenti magħmula fir-rigward ta' Kont Rapportabbli għandhom ikunu ddeterminati b'konformità mal-prinċipji tal-liġijiet tat-taxxa tal-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Monaco) li tiskambja l-informazzjoni. 2. Għall-finijiet tal-iskambju ta' informazzjoni fl-Artikolu 2, l-informazzjoni skambjata għandha tindika l-munita li fiha huwa ddenominat kull ammont rilevanti. 3. Fir-rigward tal-Artikolu 2(2), l-informazzjoni li trid tiġi skambjata għall-2017 u għas-snin kollha sussegwenti, għandha tiġi skambjata fi żmien disa' xhur wara t-tmiem tas-sena kalendarja li magħha hija marbuta l-informazzjoni. 4. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 2 b'mod awtomatiku, permezz ta' skema ta' standard komuni ta' rappurtar f'Extensible Markup Language (XML). 5. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar metodu jew diversi metodi għat-trażmissjoni tad-data, inkluż dwar standards ta' kriptaġġ. Artikolu 4 Kooperazzjoni dwar il-Konformità u l-Infurzar L-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' Monaco u l-Awtorità Kompetenti ta' Monaco għandha tinnotifika lill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru meta l-ewwel Awtorità Kompetenti msemmija (dik li tinnotifika) jkollha raġunijiet biex tissuspetta li seta' kien hemm żball li wassal għal rappurtar ħażin jew mhux komplut ta' informazzjoni skont l-Artikolu 2, jew li seta' kien hemm nuqqas ta' konformità minn Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti mar-rekwiżiti ta' rappurtar applikabbli u mal-proċeduri ta' diliġenza dovuta konformi skont l-Annessi I u II. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħha sabiex tindirizza dawk l-iżbalji jew in-nuqqas ta' konformità deskritt fl-avviż. Artikolu 5 Skambju ta' informazzjoni fuq talba 1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u ta' kwalunkwe ftehim ieħor li jipprevedi l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba bejn Monaco u l-Awtorità Kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru, l-Awtorità Kompetenti ta' Monaco u l-Awtorità Kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru għandhom jiskambjaw fuq talba dik l-informazzjoni li tkun tidher li hi rilevanti għat-twettiq ta' dan il-Ftehim jew għall-amministrazzjoni jew l-infurzar tal-liġijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-taxxi ta' kull tip u deskrizzjoni imposti f'isem Monaco u l-Istati Membri, jew f'isem is-subdiviżjonijiet politiċi jew l-awtoritajiet lokali tagħhom, sakemm it-tassazzjoni skont dawn il-liġijiet nazzjonali ma tmurx kontra ftehim applikabbli dwar it-taxxa doppja bejn Monaco u l-Istat Membru kkonċernat. 2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 6 bl-ebda mod ma għandhom jinftiehmu li jimponu fuq Monaco jew fuq Stat Membru l-obbligu:
3. Jekk tintalab informazzjoni minn Stat Membru jew minn Monaco li jkun qed jaġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li qed tagħmel it-talba skont dan l-Artikolu, Monaco jew l-Istat Membru li jkun qed jaġixxi bħala l-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba, għandu juża l-miżuri ta' ġbir ta' informazzjoni tiegħu sabiex tinkiseb l-informazzjoni mitluba, anki jekk il-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba ma tkunx teħtieġ din l-informazzjoni għall-iskopijiet tat-taxxa tagħha stess. L-obbligu li jinsab fis-sentenza preċedenti huwa soġġett għal-limitazzjonijiet tal-paragrafu 2, iżda dawn il-limitazzjonijiet fl-ebda każ ma għandhom jinftiehmu li jippermettu lill-ġurisdizzjoni li lilha tkun ġiet ippreżentata t-talba li tirrifjuta li tipprovdi l-informazzjoni għas-sempliċi raġuni li ma għandha l-ebda interess nazzjonali f'din l-informazzjoni. 4. Fl-ebda każ il-paragrafu 2 ma għandu jinftiehem li jippermetti lil Monaco jew lil Stat Membru jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni biss minħabba li l-informazzjoni tkun qed tinżamm minn bank, istituzzjoni finanzjarja oħra, nominee jew persuna li taġixxi f'aġenzija jew f'kapaċità fiduċjarja, jew minħabba li hija relatata ma' interessi proprjetarji f'persuna. 5. L-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jaqblu dwar metodu jew diversi metodi għat-trażmissjoni tad-data, inkluż dwar standards ta' kriptaġġ u dwar forom standard li għandhom jintużaw fejn applikabbli. Artikolu 6 Kunfidenzjalità u protezzjoni ta' data personali 1. Apparti r-regoli dwar il-kunfidenzjalità u dwar salvagwardji oħra stipulati f'dan il-Ftehim, inkluż fl-Anness III, il-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni skont il-Ftehim għandhom ikunu soġġetti (i) għall-Istati Membri, għal-liġijiet u għar-regolamenti tal-Istati Membri li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data, u (ii) għal Monaco, għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 1.165 tat-23 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tad-data personali, kif modifikata bil-Liġi Nru 1.240 tat-2 ta' Lulju 2001 u bil-Liġi Nru 1.353 tal-4 ta' Diċembru 2008, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2009 u li tinkludi l-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Ordni Sovrana Nru 2.230 tad-19 ta' Ġunju 2009. Għall-fini tal-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 5, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u tad-drittijiet stipulati fl-Artikolu 10, fl-Artikolu 11(1), fl-Artikolu 12 u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva 95/46/KE sal-limitu meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi msemmija fl-Artikolu 13(1)(e) ta' dik id-Direttiva. Monaco għandu jieħu miżuri ekwivalenti skont il-liġi tiegħu. Minkejja s-subparagrafu preċedenti, kull Stat Membru u Monaco għandhom jiżguraw li kull Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti taħt il-kompetenza tagħhom tgħarraf lil kull Persuna Rapportabbli individwali (Persuna minn Monaco jew minn Stat Membru) li l-informazzjoni marbuta magħha msemmija fl-Artikolu 2 se tinġabar u tiġi trasferita b'konformità ma' dan il-Ftehim, u għandha tiżgura li l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tagħti lil dak l-individwu kull informazzjoni li hu intitolat għaliha skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħha tal-protezzjoni tad-data, u mill-inqas dan li ġej:
Din l-informazzjoni trid tingħata fi żmien biżżejjed biex l-individwu jħaddem id-drittijiet ta' protezzjoni tad-data tiegħu u, ikun x'ikun il-każ, qabel ma l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti kkonċernata tirrapporta l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 lill-awtorità kompetenti tal-ġurisdizzjoni tagħha ta' residenza (li tkun Stat Membru jew Monaco). L-Istati Membri u Monaco għandhom jiżguraw li kull Persuna Rapportabbli individwali (Persuna minn Monaco jew minn Stat Membru) tiġi avżata bil-ksur tas-sigurtà fir-rigward tad-data tagħha meta dak il-ksur x'aktarx li jaffettwa l-protezzjoni tad-data personali jew il-privatezza tagħha. 2. L-informazzjoni pproċessata b'konformità ma' dan il-Ftehim ma għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ biex jinkisbu l-finijiet ta' dan il-Ftehim, u jkun x'ikun il-każ skont ir-regoli nazzjonali ta' kull kontrollur tad-data dwar l-istatut tal-limitazzjonijiet. L-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u l-Awtoritajiet Kompetenti ta' kull Stat Membru u ta' Monaco għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tad-data, kull wieħed f'osservanza tal-proċessi personali tad-data skont dan il-Ftehim. Il-kontrolluri tad-data huma responsabbli mill-infurzar tal-protezzjoni tad-data personali b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar dawn is-salvagwardji f'dan il-Ftehim u mad-drittijiet tal-persuni kkonċernati. 3. Kwalunkwe informazzjoni miksuba minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Monaco) skont dan il-Ftehim għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u għandha tiġi protetta bl-istess mod li bih tiġi ttrattata u protetta l-informazzjoni miksuba skont il-liġijiet nazzjonali ta' dik il-ġurisdizzjoni u, sa fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni tad-data personali, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, u salvagwardji li jistgħu jkunu speċifikati mill-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni kif meħtieġ skont il-liġi nazzjonali tagħha. 4. Din l-informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tiġi żvelata biss lil persuni jew awtoritajiet (inklużi qrati u korpi amministrattivi jew superviżorji) ikkonċernati bil-valutazzjoni, il-ġbir jew l-irkupru tat-taxxi, l-infurzar jew il-prosekuzzjoni fir-rigward ta', jew id-determinazzjoni ta' appelli b'rabta ma' taxxi ta' dik il-ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Monaco), jew is-sorveljanza ta' dawn. Il-persuni jew l-awtoritajiet imsemmija hawn fuq biss jistgħu jużaw l-informazzjoni u dan biss għall-finijiet spjegati fis-sentenza preċedenti. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, dawn jistgħu jiżvelawha fi proċeduri ta' qrati pubbliċi jew f'deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati ma' dawn it-taxxi, b'kondizzjoni speċifika dwar l-irkupru tat-taxxi, biex jiksbu awtorizzazzjoni minn qabel maħruġa mill-Awtorità Kompetenti li tipprovdi l-informazzjoni (li tkun, rispettivament, Monaco jew Stat Membru). 5. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi preċedenti, l-informazzjoni riċevuta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Monaco) tista' tintuża għal skopijiet oħrajn meta tali informazzjoni tista' tintuża għal tali skopijiet oħrajn skont il-liġijiet, inkluż dawk dwar il-protezzjoni tad-data personali, tal-ġurisdizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni (li tkun, rispettivament, Monaco jew Stat Membru) u meta l-Awtorità Kompetenti ta' dik il-ġurisdizzjoni tawtorizza dak l-użu. L-informazzjoni pprovduta minn ġurisdizzjoni (li tkun Stat Membru jew Monaco) lil ġurisdizzjoni oħra (li tkun, rispettivament, Monaco jew Stat Membru) tista' tintbagħat minn din tal-aħħar lil ġurisdizzjoni terza (li tkun Stat Membru ieħor), soġġetta għall-applikazzjoni tas-salvagwardji previsti skont dan l-Artikolu u dment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-ewwel ġurisdizzjoni msemmija li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni, li l-awtorità trid tkun irċeviet id-data meħtieġa għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tas-salwagwardji inkwistjoni. L-informazzjoni pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor skont il-liġijiet applikabbli tiegħu li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni tista' tintbagħat lil Monaco dment li tingħata awtorizzazzjoni minn qabel mill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru li minnu tkun oriġinat l-informazzjoni. 6. Kull Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' Monaco għandha tinnotifika minnufih lill-Awtorità Kompetenti l-oħra, jiġifieri dik ta' Monaco jew tal-Istat Membru speċifiku, rispettivament, rigward kwalunkwe ksur ta' kunfidenzjalità, nuqqas ta' salvagwardji u kwalunkwe sanzjoni jew azzjoni ta' rimedju li eventwalment tista' tiġi imposta. Artikolu 7 Konsultazzjonijiet u sospensjoni ta' dan il-Ftehim 1. F'każ ta' xi diffikultà fl-implimentazzjoni jew fl-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim, kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti ta' Monaco jew ta' Stat Membru tista' titlob konsultazzjonijiet bejn l-Awtorità Kompetenti ta' Monaco u Awtorità Kompetenti jew diversi Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati miżuri xierqa li jiżguraw li dan il-Ftehim jiġi ssodisfat. Dawk l-Awtoritajiet Kompetenti għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tagħhom. B'rabta ma' kwistjonijiet ta' interpretazzjoni l-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu sehem fil-konsultazzjonijiet fuq talba ta' kwalunkwe waħda mill-Awtoritajiet Kompetenti. 2. Jekk il-konsultazzjoni tkun relatata ma' nuqqas ta' konformità sinifikanti mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, u l-proċedura deskritta fil-paragrafu 1 ma tipprovdix soluzzjoni adegwata, l-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' Monaco tista' tissospendi l-iskambju ta' informazzjoni skont dan il-Ftehim lejn, rispettivament, Monaco jew Stat Membru speċifiku, billi tavża bil-miktub lill-Awtorità Kompetenti kkonċernata l-oħra. Din is-sospensjoni għandu jkollha effett immedjat. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, nuqqas ta' konformità sinifikanti jinkludi, iżda mhuwiex limitat biss għal: (i) nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, inkluż l-Anness III tad-Direttiva 95/46/KE u tal-Liġi Nru 1.165 tat-23 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tad-data personali (kif modifikata bil-Liġi Nru 1.240 tat-2 ta' Lulju 2001 u bil-Liġi Nru 1.353 tal-4 ta' Diċembru 2008, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2009 u li tinkludi l-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Ordni Sovrana Nru 2.230 tad-19 ta' Ġunju 2009, skont il-kuntest, (ii) nuqqas mill-Awtorità Kompetenti ta' Stat Membru jew ta' Monaco li tipprovdi informazzjoni fil-ħin jew xierqa kif meħtieġ skont dan il-Ftehim, u (iii) id-definizzjoni tal-istatus ta' Entitajiet jew kontijiet bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Rapportanti u Kontijiet Esklużi b'mod li jxekkel il-finijiet ta' dan il-Ftehim. Artikolu 8 Emendi 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin f'kull okkażjoni meta tiġi adottata bidla importanti fil-livell tal-OECD fi kwalunkwe element tal-Istandard għall-Iskambju Awtomatiku ta' Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji stabbilit mill-OECD (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Standard Globali”) jew, jekk jitqies meħtieġ sabiex jittejjeb il-funzjonament tekniku ta' dan il-Ftehim jew biex jiġu vvalutati u riflessi żviluppi internazzjonali oħrajn. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien xahar minn meta ssir talba minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti, jew mill-aktar fis possibbli f'każijiet urġenti. 2. Abbażi ta' kuntratt bħal dan, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jikkonsultaw lil xulxin sabiex jeżaminaw jekk humiex meħtieġa bidliet f'dan il-Ftehim. 3. Għall-finijiet tal-konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, kull Parti Kontraenti għandha tinforma lill-Parti Kontraenti l-oħra rigward żviluppi possibbli li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim. Dan għandu jinkludi wkoll kwalunkwe ftehim rilevanti bejn waħda mill-Partijiet Kontraenti u Stat terz. 4. Wara l-konsultazzjonijiet, il-Ftehim jista' jiġi emendat permezz ta' protokoll jew ftehim ġdid bejn il-Partijiet Kontraenti. 5. Meta Parti Kontraenti tkun implimentat xi bidla fl-Istandard Globali, li tkun ġiet adottata mill-OECD, u tkun tixtieq tagħmel bidla korrispondenti fl-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, hija għandha tinnotifika lill-Parti Kontraenti l-oħra dwar dan. Proċedura ta' konsultazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għandha sseħħ fi żmien xahar minn din in-notifika. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, fejn il-Partijiet Kontraenti jilħqu kunsens f'din il-proċedura ta' konsultazzjoni dwar il-bidla li għandha ssir fl-Anness I u/jew II ta' dan il-Ftehim, u għall-perijodu ta' żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-bidla permezz ta' emenda formali tal-Ftehim, il-Parti Kontraenti li talbet il-bidla tista' tapplika b'mod provviżorju l-verżjoni riveduta tal-Annessi I u/jew II ta' dan il-Ftehim, kif approvata permezz tal-proċedura ta' konsultazzjoni, mill-ewwel jum ta' Jannar tas-sena ta' wara l-konklużjoni tal-proċedura msemmija hawn fuq. Parti Kontraenti titqies bħala li implimentat bidla, li tkun ġiet adottata mill-OECD, fl-Istandard Globali:
Artikolu 9 Terminazzjoni Kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti tista' tittermina dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' terminazzjoni bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Din it-terminazzjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara l-iskadenza ta' perijodu ta' 12-il xahar wara d-data tal-avviż ta' terminazzjoni. Fil-każ ta' terminazzjoni, l-informazzjoni kollha riċevuta qabel skont dan il-Ftehim għandha tibqa' kunfidenzjali u soġġetta (i) għall-Istati Membri, għad-dispożizzjonijiet tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-Istati Membri li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u (ii) għal Monaco, għad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 1.165 tat-23 ta' Diċembru 1993 dwar il-protezzjoni tad-data personali kif modifikata bil-Liġi Nru 1.240 tat-2 ta' Lulju 2001 u bil-Liġi Nru 1.353 tal-4 ta' Diċembru 2008, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2009 u li tinkludi l-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Ordni Sovrana Nru 2.230 tad-19 ta' Ġunju 2009 u, fiż-żewġ każijiet, għas-salvagwardji speċifiċi tal-protezzjoni tad-data stipulati f'dan il-Ftehim u inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Anness III. Artikolu 10 Kamp ta' applikazzjoni territorjali Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji tal-Istati Membri li fihom jiġu applikati t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dawk it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta' Monaco kif definit fl-Artikolu 1(1)(c).”; |
(3) |
l-Annessi għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “ANNESS I STANDARD KOMUNI DWAR IR-RAPPURTAR KOMPLEMENTARI U D-DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI TA' KONT FINANZJARJU (MINN HAWN 'IL QUDDIEM IMSEJJAĦ “STANDARD KOMUNI TA' RAPPURTAR”) TAQSIMA I OBBLIGI ĠENERALI TA' RAPPURTAR
TAQSIMA II REKWIŻITI ĠENERALI TA' DILIĠENZA DOVUTA
TAQSIMA III PROĊEDURI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI PREEŻISTENTI
TAQSIMA IV PROĊEDURI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET INDIVIDWALI ĠODDA Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost Kontijiet Individwali Ġodda.
TAQSIMA V PROĊEDURI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ PREEŻISTENTI Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Preeżistenti.
TAQSIMA VI PROĊEDURI TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL KONTIJIET TA' ENTITÀ ĠODDA Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għal finiijiet ta' identifikazzjoni ta' Kontijiet Rapportabbli fost il-Kontijiet ta' Entità Ġodda.
TAQSIMA VII REGOLI SPEĊJALI DWAR ID-DILIĠENZA DOVUTA Ir-regoli addizzjonali li ġejjin japplikaw fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' diliġenza dovuta deskritti hawn fuq:
TAQSIMA VIII TERMINI MFISSRA Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom it-tifsiriet stipulati hawn taħt:
TAQSIMA IX IMPLIMENTAZZJONI EFFETTIVA Kull Stat Membru u Monaco għandu jkollhom regoli u proċeduri amministrattivi fis-seħħ sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta stabbiliti hawn fuq, u l-konformità magħhom, inkluż:
ANNESS II REGOLI TA' RAPPURTAR KOMPLEMENTARI U TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAL INFORMAZZJONI TA' KONT FINANZJARJU 1. Bidla fiċ-ċirkostanzi “Bidla fiċ-ċirkostanzi” tinkludi kwalunkwe bidla li tirriżulta fiż-żieda ta' informazzjoni rilevanti għall-istatus ta' persuna jew li b'xi mod ieħor tkun f'kunflitt mal-status ta' dik il-persuna. Barra minn hekk, bidla fiċ-ċirkostanzi tinkludi kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fil-kont tad-Detentur tal-Kont (inkluż iż-żieda, is-sostituzzjoni, jew bidla oħra ta' Detentur tal-Kont) jew kwalunkwe bidla jew żieda ta' informazzjoni fi kwalunkwe kont assoċjat ma' tali kont (bl-applikazzjoni tar-regoli ta' aggregazzjoni tal-kont deskritti fis-subparagrafi C(1) sa (3) tat-Taqsima VII tal-Anness I) jekk tali bidla jew żieda ta' informazzjoni taffettwa l-istatus tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tkun ibbażat ruħha fuq it-test tal-indirizz tar-residenza deskritt fis-subparagrafu B(1) tat-Taqsima III tal-Anness I u jkun hemm bidla fiċ-ċirkostanzi li tikkawża lill-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti li tkun taf jew ikollha raġuni biex tkun taf li l-Evidenza Dokumentata oriġinali (jew dokumentazzjoni ekwivalenti oħra) hija żbaljata jew mhux affidabbli, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha, sal-iktar tard mill-aħħar jum tas-sena kalendarja rilevanti jew perijodu ta' rappurtar xieraq ieħor, jew 90 jum kalendarju wara l-avviż jew l-iskoperta ta' tali bidla fiċ-ċirkostanzi, tikseb awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida biex tiġi stabbilita r-residenza(i) għal finijiet ta' taxxa tad-Detentur tal-Kont. Jekk Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti ma tistax tikseb l-awtoċertifikazzjoni u Evidenza Dokumentata ġdida sa tali data, l-Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti għandha tapplika l-proċedura tat-tiftix ta' rekords b'mod elettroniku deskritta fis-subparagrafi B(2) sa (6) tat-Taqsima III tal-Anness I. 2. Awtoċertifikazzjoni għal Kontijiet tal-Entità Ġodda Fir-rigward tal-Kontijiet ta' Entità Ġodda, għall-finijiet tad-determinazzjoni jekk Persuna Kontrollanti ta' NFE Passiva hijiex Persuna Rapportabbli, Istituzzjoni Finanzjarja Rapportanti tista' tibbaża ruħha biss fuq awtoċertifikazzjoni jew mingħand id-Detentur tal-Kont jew il-Persuna Kontrollanti. 3. Residenza ta' Istituzzjoni Finanzjarja Istituzzjoni Finanzjarja hija “residenti” fi Stat Membru, f'Monaco jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, Monaco jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (jiġifieri l-Ġurisdizzjoni Parteċipanti tista' tinforza r-rappurtar mill-Istituzzjoni Finanzjarja). B'mod ġenerali, meta Istituzzjoni Finanzjarja tkun residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, Monaco jew f'Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' dak l-Istat Membru, ta' Monaco jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra u hija, għalhekk, Istituzzjoni Finanzjarja tal-Istat Membru, Istituzzjoni Finanzjarja ta' San Marino jew Istituzzjoni Finanzjarja ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Fil-każ ta' trust li tkun Istituzzjoni Finanzjarja (irrispettivament minn jekk hijiex residenti għall-finijiet ta' taxxa fi Stat Membru, Monaco jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), it-trust hija meqjusa li hija soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, ta' Monaco jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk wieħed jew aktar mill-fiduċjarji tagħha huma residenti f'dak l-Istat Membru, f'Monaco jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra ħlief jekk it-trust tirrapporta l-informazzjoni kollha meħtieġa li għandha tiġi rrapportata skont dan il-Ftehim jew ftehim ieħor li jimplimenta l-Istandard Globali fir-rigward ta' Kontijiet Rapportabbli miżmuma mit-trust lil Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra (li tkun Stat Membru, Monaco jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), għax hija residenti għall-finijiet ta' taxxa f'tali Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra. Madankollu, meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) ma għandhiex residenza għal finijiet ta' taxxa (pereżempju, għax tiġi ttrattata bħala fiskalment trasparenti, jew tinsab f'ġurisdizzjoni li ma għandhiex taxxa fuq l-introjtu), din hija meqjusa bħala li hi soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru, ta' Monaco jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra, u għalhekk hija Istituzzjoni Finanzjarja ta' Stat Membru, ta' Monaco jew ta' Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra jekk:
Meta Istituzzjoni Finanzjarja (għajr trust) hija residenti f'żewġ Ġurisdizzjonijiet Parteċipanti jew aktar (li jkunu Stat Membru, Monaco jew Ġurisdizzjoni Parteċipanti oħra), tali Istituzzjoni Finanzjarja tkun soġġetta għall-obbligi ta' rappurtar u ta' diliġenza dovuta tal-Ġurisdizzjoni Parteċipanti li fiha żżomm Kont(ijiet) Finanzjarju/i. 4. Kontijiet miżmuma minn Istituzzjoni Finanzjarja B'mod ġenerali, kont għandu jitqies bħala li huwa kont miżmum minn Istituzzjoni Finanzjarja kif ġej:
5. Trusts li huma NFEs Passivi Entità bħal sħubija, sħubija b'responsabbiltà limitata jew arranġament legali simili li ma għandha l-ebda residenza għal finijiet ta' taxxa, skont is-subparagrafu D(3) tat-Taqsima VIII tal-Anness I, għandha tiġi ttrattata bħala residenti f'ġurisdizzjoni fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. Għal dawn il-finijiet, persuna ġuridika jew arranġament legali huma meqjusa bħala li huma “simili” għal sħubija u sħubija b'responsabbiltà limitata fejn din ma tiġix trattata bħala unità taxxabbli f'Ġurisdizzjoni Rapportabbli skont il-liġijiet dwar it-taxxa ta' dik il-Ġurisdizzjoni Rapportabbli. Madankollu, sabiex jiġi evitat rappurtar doppju (minħabba l-ambitu wiesa' tat-terminu “Persuni Kontrollanti” fil-każ ta' trusts), trust li huwa NFE Passiva ma jistax jitqies bħala li hu arranġament legali simili. 6. Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità Wieħed mir-rekwiżiti deskritti fis-subparagrafu E(6)(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I huwa li, fir-rigward ta' Entità, id-dokumentazzjoni uffiċjali tinkludi jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità fl-Istat Membru, Monaco jew f'ġurisdizzjoni oħra li fiha hija tiddikjara li hija residenti jew l-Istat Membru, San Marino jew ġurisdizzjoni oħra li fiha l-Entità kienet inkorporata jew organizzata. L-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità ġeneralment huwa l-post fejn tinsab is-sede ta' ġestjoni effettiva tagħha. L-indirizz ta' Istituzzjoni Finanzjarja li magħha l-Entità żżomm kont, kaxxa postali, jew indirizz użati biss għal finijiet postali mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità sakemm dan l-indirizz ma jkunx l-uniku indirizz użat mill-Entità u jidher bħala l-indirizz reġistrat tal-Entità fid-dokumenti organizzattivi tal-Entità. Barra minn hekk, indirizz li jiġi pprovdut soġġett għall-istruzzjonijiet sabiex tinżamm il-posta kollha għal dak l-indirizz mhuwiex l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-Entità. ANNESS III SALVAGWARDJI ADDIZZJONALI TAL-PROTEZZJONI TAD-DATA F'DAK LI JIRRIGWARDA T-TRATTAMENT TAD-DATA MIĠBURA U SKAMBJATA FIL-QAFAS TA' DAN IL-FTEHIM 1. Definizzjonijiet It-termini u l-espressjonijiet li ġejjin għandu jkollhom it-tifsira assenjata minn hawn 'il quddiem meta jintużaw skont dan il-Ftehim:
2. Nondiskriminazzjoni Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li s-salvagwardji applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Ftehim u l-liġijiet nazzjonali rilevanti, ikunu japplikaw għall-individwi kollha mingħajr l-ebda diskriminazzjoni, b'mod partikolari fuq il-bażi tan-nazzjonalità jew tal-pajjiż ta' residenza jew tal-apparenza fiżika. 3. Data Id-data pproċessata mill-Partijiet Kontraenti skont dan il-Ftehim għandha tkun rilevanti, meħtieġa u proporzjonata għall-għanijiet stipulati f'dan il-Ftehim. Il-Partijiet Kontraenti ma għandhomx jiskambjaw data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etniċi, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union jew id-data dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali tal-individwu. 4. Dritt għall-informazzjoni, dritt għall-aċċess, għar-rettifika u għat-tħassir tad-data Meta l-informazzjoni tintuża għal finijiet oħra fil-ġurisdizzjoni riċeventi jew tiġi trażmessa minn ġurisdizzjoni riċeventi lil ġurisdizzjoni terza (kemm jekk Stat Membru kif ukoll Monaco) skont l-Artikolu 6(5) tal-Ftehim, l-Awtorità Kompetenti tal-ġurisdizzjoni li tirċievi l-informazzjoni u li tużaha għal finijiet oħra jew li tittrażmettiha lil ġurisdizzjoni terza għandha tinforma lill-persuni kkonċernati. Din l-informazzjoni għandha tingħata fi żmien biżżejjed biex l-individwu(i) jeżerċita(w) d-drittijiet ta' protezzjoni tad-data tiegħu (tagħhom) u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-ġurisdizzjoni riċeventi tkun użat l-informazzjoni għal skopijiet oħra jew tkun ittrażmettietha lill-ġurisdizzjoni terza. Fir-rigward ta' kwalunkwe data personali li tiġi pproċessata taħt dan il-Ftehim, kwalunkwe individwu għandu jkollu d-dritt li jitlob aċċess għad-data personali tiegħu li tiġi pproċessata minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u/jew l-Awtoritajiet Kompetenti u għar-rettifika meta d-data ma tkunx preċiża. Meta d-data tkun ipproċessata illegalment, l-individwu jista' jitlob it-tħassir tagħha. Biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju ta' dan id-dritt, kull individwu għandu jkun jista' jagħmel talbiet għall-aċċess, għar-rettifika u/jew għat-tħassir tad-data tiegħu li jkunu indirizzati lil Awtorità Kompetenti kkonċernata oħra permezz tal-Awtorità Kompetenti tiegħu stess. L-Awtorità Kompetenti li tirċievi t-talba għandha tagħti aċċess għad-data rilevanti u, fejn xieraq, taġġorna u/jew tikkoreġi kwalunkwe data mhux preċiża jew mhux kompluta. 5. Dritt ta' rimedju Fir-rigward ta' kwalunkwe data personali pproċessata skont dan il-Ftehim, kull individwu għandu jkollu d-dritt għal rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv, tkun xi tkun in-nazzjonalità tiegħu u l-pajjiż ta' residenza f'waħda mill-ġurisdizzjonijiet jew il-ġurisdizzjonijiet kollha involuti. 6. Proċessar awtomatizzat L-Awtoritajiet Kompetenti ma għandhom jieħdu l-ebda deċiżjoni li tipproduċi effetti legali negattivi rigward individwu jew li taffettwah b'mod konsiderevoli u li hija bbażata unikament fuq l-ipproċessar ta' data personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati miegħu. 7. Trasferimenti lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi Awtorità Kompetenti tista' okkażjonalment tittrasferixxi data personali riċevuta skont dan il-Ftehim lill-awtoritajiet pubbliċi f'ġurisdizzjoni terza, minbarra l-Istati Membri u Monaco, jekk ikunu applikabbli ċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:
Kull trasferiment ieħor ta' informazzjoni riċevuta skont dan il-Ftehim lil partijiet terzi għandu jkun ipprojbit. 8. Integrità u sigurtà tad-data Fir-rigward tal-informazzjoni pproċessata skont dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti għandu jkollhom fis-seħħ:
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Awtorità Kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom meta jkollhom raġuni biex jemmnu li dawn ikunu rrappurtaw informazzjoni mhux korretta jew mhux kompluta lil dik l-Awtorità Kompetenti. L-Awtorità Kompetenti notifikata għandha tieħu l-miżuri kollha xierqa disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħha biex tindirizza dawk l-iżbalji deskritti fin-notifika. 9. Sanzjonijiet Il-Partijiet Kontraenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data personali stabbiliti f'dan il-Ftehim, għandu jkun soġġett għal sanzjonijiet effettivi u dissważivi. 10. Sorveljanza L-ipproċessar tad-data personali mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji Rapportanti u mill-Awtoritajiet Kompetenti għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza ta': (i) għall-Istati Membri, l-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-data stabbiliti skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u (ii) għal Monaco il-“Commission de contrôle des informations nominatives” (l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data ta' Monaco). Dawk l-awtoritajiet tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data fl-Istati Membri u f'Monaco għandu jkollhom setgħat effettivi ta' sorveljanza, investigazzjoni, intervent u reviżjoni, u għandu jkollhom is-setgħa li jirreferu ksur tal-liġi għall-azzjoni legali, fejn xieraq. Għandhom jiżguraw partikolarment li l-ilmenti dwar in-nuqqas ta' konformità huma riċevuti, investigati, imwieġba, u rimedjati kif xieraq. ANNESS IV LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-PARTIJIET KONTRAENTI Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, l-awtoritajiet li ġejjin huma “Awtoritajiet Kompetenti” tal-Partijiet Kontraenti:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
1. Dan il-Protokoll Emendatorju huwa konkluż soġġett għar-ratifikazjzoni jew għall-approvazzjoni mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija ta' dawn il-proċeduri. Dan il-Protokoll Emendatorju għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-aħħar notifika.
2. Bil-kondizzjoni li jiġu ssodisfati l-proċeduri istituzzjonali mill-Prinċipat ta' Monaco u ta' dawk il-proċeduri meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni Ewropea għall-konklużjoni tal-ftehimiet internazzjonali, mill-1 ta' Jannar 2017, il-Prinċipat ta' Monaco u l-Unjoni Ewropea se jimplimentaw u japplikaw b'mod effettiv il-Ftehim li jirriżulta minn dan il-Protokoll Emendatorju u se jinnotifkaw lil xulxin kif meħtieġ.
3. Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-Partijiet Kontraenti għandhom japplikaw b'mod provviżorju dan il-Protokoll Emendatorju sakemm jidħol fis-seħħ. Din l-applikazzjoni provviżorja għandha tibda fl-1 ta' Jannar 2017 soġġetta għal notifika minn kull waħda mill-Partijiet Kontraenti lill-oħra sal-31 ta' Diċembru 2016 dwar it-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi tagħha meħtieġa għal din l-applikazzjoni provviżorja.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, l-obbligi li ġejjin skont il-Ftehim fil-forma tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju għandhom ikomplu japplikaw, kif ġej:
(a) |
l-obbligi tal-Prinċipat ta' Monaco u l-obbligi sottostanti tal-aġenti ta' pagament stabbiliti hemmhekk msemmija fl-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim fil-forma tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju għandhom ikomplu japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2017 jew sakemm dawk l-obbligi jiġu mwettqa; |
(b) |
l-obbligi tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 10 tal-Ftehim fil-forma tiegħu qabel ġie emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju, fir-rigward tat-taxxa minn ras il-għajn imposta matul l-2016 u s-snin tat-taxxa ta' qabel, għandhom ikomplu japplikaw sakemm dawk l-obbligi jiġu mwettqa. |
Artikolu 3
Il-Ftehim huwa ssupplimentat minn Protokoll b'dan il-kontenut:
“Protokoll tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco dwar l-iskambju ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji biex tittejjeb il-konformità tat-taxxa internazzjonali, f'konformità mal-Istandard għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji fi kwistjonijiet tat-taxxa stabbilit mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD).
Fl-okkażjoni tal-iffirmar ta' dan il-Protokoll Emendatorju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco, is-sottoskritti debitament awtorizzati qablu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin li għandhom jiffurmaw parti integrali ta' dan il-Ftehim kif emendat permezz ta' dan il-Protokoll Emendatorju:
1. |
Huwa mifhum li skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim jintalab biss ladarba l-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew Monaco) ikun eżawrixxa s-sorsi kollha regolari ta' informazzjoni disponibbli skont il-proċedura ta' tassazzjoni interna. |
2. |
Huwa mifhum li l-Awtorità Kompetenti tal-Istat rikjedenti (li jkun Stat Membru jew il-Prinċipat ta' Monaco) għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Awtorità Kompetenti tal-Istat li ssirlu t-talba (li jkun, rispettivament, Monaco jew Stat Membru) meta jagħmel talba għall-informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim:
|
3. |
Huwa mifhum li r-referenza għall-istandard ta' “rilevanza prevedibbli” hija maħsuba biex tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim sa fejn huwa l-aktar possibbli u, fl-istess waqt, biex tiċċara li l-Istati Membri u l-Prinċipat ta' Monaco mhumiex liberi li jagħmlu talbiet ġeneriċi għal informazzjoni jew li jitolbu informazzjoni li x'aktarx ma tkunx rilevanti għall-kwistjonijiet ta' taxxa ta' kontribwent partikolari. Għalkemm il-paragrafu 2 fih rekwiżiti proċedurali importanti li huma maħsuba biex jiġi żgurat li ma jsirux talbiet ġeneriċi għal informazzjoni, madankollu l-punti (i) sa (v) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jiġu interpretati bħala li jfixklu l-iskambju effettiv ta' informazzjoni. L-istandard ta' “rilevanza prevedibbli” jista' jiġi ssodisfat kemm f'każijiet li jirrigwardaw kontribwent wieħed (kemm jekk identifikat b'ismu jew b'xi mod ieħor) jew diversi kontribwenti (kemm jekk identifikati b'isimhom jew b'xi mod ieħor). |
4. |
Huwa mifhum li dan il-Ftehim ma jinkludix l-iskambju ta' informazzjoni fuq bażi spontanja. |
5. |
Huwa mifhum li f'każ ta' skambju ta' informazzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim, ir-regoli dwar il-proċeduri amministrattivi rigward id-drittijiet tal-kontribwenti pprovduti fl-Istat li ssirlu t-talba (li jkun Stat Membru jew il-Prinċipat ta' Monaco) jibqgħu japplikaw. Huwa mifhum ukoll li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jiggarantixxu proċedura ġusta għall-kontribwent u mhux biex jipprevjenu jew itawlu b'mod muux dovut il-proċess tal-iskambju ta' informazzjoni.”. |
Artikolu 4
Lingwi
Dan il-Protokoll Emendatorju huwa mfassal f'żewġ eżemplari bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Netherlandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Żvediża u Ungeriża, b'kull test ugwalment awtentiku.
B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti ffirmaw dan il-Protokoll Emendatorju.
Съставено в Брюксел на дванадесети юли през две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el doce de julio de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne dvanáctého července dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den tolvte juli to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am zwölften Juli zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta juulikuu kaheteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δώδεκα Ιουλίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the twelfth day of July in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le douze juillet deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu dvanaestog srpnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì dodici luglio duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada divpadsmitajā jūlijā.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų liepos dvyliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év július havának tizenkettedik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tnax-il jum ta’ Lulju fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, twaalf juli tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia dwunastego lipca roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em doze de julho de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la doisprezece iulie două mii șaisprezece.
V Bruseli dvanásteho júla dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne dvanajstega julija leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kahdentenatoista päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tolfte juli år tjugohundrasexton.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Княжество Монако
Por el Principado de Mónaco
Za Monacké knížectví
For Fyrstendømmet Monaco
Für das Fürstentum Monaco
Monaco Vürstiriigi nimel
Για το Πριγκιπάτο του Μονακό
For the Principality of Monaco
Pour la Principauté de Monaco
Za Kneževinu Monako
Per il Principato di Monaco
Monako Firstistes vārdā –
Monako Kunigaikštystės vardu
A Monacói Hercegség részéről
Għall-Prinċipat ta' Monaco
Voor het Vorstendom Monaco
W imieniu Księstwa Monako
Pelo Principado do Mónaco
Pentru Principatul Monaco
Za Monacké kniežatstvo
Za Kneževino Monako
Monacon ruhtinaskunnan puolesta
För Furstendömet Monaco
(1) ĠU UE L 157, 26.6.2003, p. 38.
(2) ĠU UE L 19, 21.1.2005, p. 55.
(3) ĠU UE L 281, 23.11.1995, p. 31.
(4) “Journal de Monaco”, il-Gazzetta Uffiċjali tal-Prinċipat Nru 7918 tas-26 ta' Ġunju 2009.
(5) ĠU UE L 64, 11.3.2011, p. 1.
DIKJARAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET KONTRAENTI
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-KONFORMITÀ MAL-ISTANDARD GLOBALI
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu dwar il-konformità mal-Istandard Globali tad-dispożizzjonijiet dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni li jinsabu:
(i) |
fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE, |
(ii) |
fil-Ftehim u fl-annessi tiegħu, u |
(iii) |
fi ftehimiet oħra li l-Unjoni Ewropea nnegozjat b'mod parallel dwar l-istess suġġett mal-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-Prinċipat ta' Andorra, mal-Prinċipat tal-Liechtenstein u mar-Repubblika ta' San Marino, għalkemm uħud minn dawn il-ftehimiet jinkludu aktar dettalji dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data minħabba l-pożizzjonijiet differenti tal-Prinċipat ta' Monaco u ta' dawn l-erba' pajjiżi l-oħra, sal-punt li huwa strettament meħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jikkonformaw mar-rekwiżiti imposti fuqhom mil-liġi tal-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħhom mal-ġurisdizzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea. |
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR IL-FTEHIM U L-ANNESSI TIEGĦU
Il-Partijiet Kontraenti jaqblu, rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Annessi I u II tiegħu, li l-Kummentarji tal-Mudell ta' Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-OECD u l-Istandard Komuni ta' Rapportar għandhom ikunu sors ta' spjegazzjoni jew ta' interpretazzjoni u biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 5 TAL-FTEHIM
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jużaw il-Kummentarji dwar l-Artikolu 26 tal-mudell ta' konvenzjoni tat-Taxxa tal-OECD dwar id-Dħul u dwar il-Kapital bħala sors ta' interpretazzjoni.
DIKJARAZZJONI KONĠUNTA TAL-PARTIJIET KONTRAENTI DWAR L-ARTIKOLU 2 TAL-PROTOKOLL EMENDATORJU
B'referenza għall-Artikolu 2 tal-Protokoll Emendatorju, il-Partijiet jaqblu li l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Emendatorju timplika:
— |
li l-Prinċipat ta' Monaco, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji tagħhom għandhom japplikaw ir-regoli dwar il-komunikazzjoni u d-diliġenza dovuta f'konformità mal-Annessi I u II sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 sabiex ikunu f'pożizzjoni li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 3(3) tal-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju. Madankollu, l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3(3) tal-Ftehim kif emendati b'dan il-Protokoll Emendatorju, ma għandhomx ikunu applikabbli għall-Partijiet Kontraenti sakemm jiġu ssodisfati r-rekwiżiti għad-dħul fis-seħħ stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju, |
— |
li l-Istati Membri huma awtorizzati mill-1 ta' Jannar 2017 li jibagħtu t-talbiet għal informazzjoni lill-Prinċipat ta' Monaco skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim kif emendat b'dan il-Protokoll Emendatorju, iżda l-Prinċipat ta' Monaco jista' jagħżel biss li jwieġeb għal dawn it-talbiet wara li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għad-dħul fis-seħħ stabbiliti fl-Artikolu 2(1) tal-Protokoll Emendatorju, |
— |
li l-Prinċipat ta' Monaco u l-istituzzjonijiet finanzjarji tiegħu, wara li jqisu l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll Emendatorju, jistgħu jagħżlu li jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi tagħhom skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Prinċipat ta' Monaco li jipprevedi miżuri ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE fil-forma qabel l-emenda tiegħu b'dan il-Protokoll Emendatorju mill-1 ta' Jannar 2017, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 2(4) tal-Protokoll Emendatorju. |