1.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 144/3 |
PROTOKOLL
għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar- Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAN-NETHERLANDS,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Istati Membri”, u
L-UNJONI EWROPEA, minn issa 'l quddiem imsejħa “l-Unjoni Ewropea”,
minn-naħa l-waħda, u
IR-REPUBBLIKA LIBANIŻA minn hawn 'il quddiem “il-Libanu”
min-naħa l-oħra,
minn issa 'l quddiem imsejħa flimkien “il-Partijiet Kontraenti” għall-finijiet ta' dan il-Protokoll
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006. |
(2) |
It-Trattat ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013. |
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tagħha għall-Ftehim għandha tiġi miftiehma bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim. |
(4) |
Il-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 22(2) tal-Ftehim saru biex ikun żgurat li jkunu ġew ikkunsidrati l-interessi reċiproċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Libanu, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi bħala Parti għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, u għandha tadotta u tieħu nota rispettivament, bl-istess mod tal-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti u d-Dikjarazzjonijiet.
KAPITOLU I
EMENDI LIT-TEST TAL-FTEHIM, INKLUŻ L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI TIEGĦU
Artikolu 2
Regoli tal-oriġini
Il-Protokoll 4 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 18(4) tiżdied il-frażi li ġejja: “Izdano naknadno”. |
2. |
L-Anness V huwa sostitwit b'dan li ġej: “1.
ANNESS V TEST TAD-DIKJARAZZJONI FUQ FATTURA Id-dikjarazzjoni tal-fattura, li t-test tagħha jidher hawn taħt, għandha ssir skont in-noti ta' qiegħ il-paġna. Madankollu, mhuwiex neċessarju li n-noti ta' qiegħ il-paġna jiġu riprodotti. Verżjoni bil-Bulgaru Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (1) декларира, че освен където е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (2). Verżjoni bl-Ispanjol El exportador de los productos incluidos en el presente documento [autorización aduanera no … (1)] declara que, salvo indicación expresa en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (2). Verżjoni biċ-Ċek Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (1)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených mají tyto výrobky preferenční původ v … (2). Verżjoni bid-Daniż Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (1)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (2). Verżjoni bil-Ġermaniż Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (1)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anders angegeben, präferenzbegünstigte … (2) Ursprungswaren sind. Verżjoni bl-Estonjan Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti luba nr … (1)) deklareerib, et need tooted on … (2) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul, kui on selgelt näidatud teisiti. Verżjoni bil-Grieg Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο [άδεια τελωνείου υπ' αριθ. … (1)] δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (2). Verżjoni bl-Ingliż The exporter of the products covered by this document (customs authorisation No … (1)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (2) preferential origin. Verżjoni bil-Franċiż L'exportateur des produits couverts par le présent document [autorisation douanière no … (1)] déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (2). Verżjoni bil-Kroat Izvoznik proizvoda obuhvaćenih ovom ispravom (carinsko ovlaštenje br. … (1)) izjavljuje da su, osim ako je drukčije izričito navedeno, ovi proizvodi … (2) preferencijalnog podrijetla. Verżjoni bit-Taljan L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento [autorizzazione doganale n. … (1)] dichiarache, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (2). Verżjoni bil-Latvjan To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (1)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (2). Verżjoni bil-Litwan Šiame dokumente išvardintų produktų eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (1)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (2) preferencinės kilmės produktai. Verżjoni bl-Ungeriż A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (1)) kijelentem, hogy egyértelmű eltérő jelzés hiányában az áruk preferenciális … (2) származásúak. Verżjoni bil-Malti L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru. … (1)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (2). Verżjoni bl-Olandiż De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (1)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (2). Verżjoni bil-Pollakk Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (1)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (2) preferencyjne pochodzenie. Verżjoni bil-Portugiż O exportador dos produtos abrangidospelo presente documento [autorização aduaneira n.o … (1)], declara que, salvo declaração expressa em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (2). Verżjoni bir-Rumen Exportatorul produselor ce fac obiectul acestui document [autorizația vamală nr. … (1)] declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (2). Verżjoni bis-Sloven Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (1)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (2) poreklo. Verżjoni bis-Slovakk Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente [číslo povolenia … (1)] vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (2). Verżjoni bil-Finlandiż Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa N:o … (1)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … (2) alkuperätuotteita. Verżjoni bl-Iżvediż Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (1)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (2). Verżjoni bl-Għarbi
… (3) (Post u data) … (4) (Firma tal-esportatur; barra minn hekk, l-isem tal-persuna li tiffirma d-dikjarazzjoni jrid jiġi indikat b'kitba ċara) |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Artikolu 3
Merkanzija fi tranżitu
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jistgħu jiġu applikati lill-merkanzija esportata jew mil-Libanu lejn il-Kroazja jew mill-Kroazja lejn il-Libanu li tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 tal-Ftehim u li fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja tkun jew en route jew maħżuna temporanjament f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa fil-Libanu jew fil-Kroazja.
F'każijiet bħal dawn jista' jingħata trattament preferenzjali, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż importatur, fi żmien erba' xhur mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, ta' prova tal-oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż esportatur.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI U ĠENERALI
Artikolu 4
Il-Libanujimpenja ruħu li ma jressaq l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u lanqas jibdel jew jirtira xi konċessjoni skont l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII tal-GATT 1994, f'dak li jikkonċerna dan it-tkabbir tal-Unjoni.
Artikolu 5
Fi żmien debitu wara l-inizjalar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni tikkomunika lill-Istati Membri tagħha u lil-Libanu, il-verżjoni tal-Ftehim bil-lingwa Kroata. Soġġett għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni bil-lingwa msemmija fl-ewwel sentenza ta' dan l-Artikolu ssir awtentika bl-istess kundizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Għarbija, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża tal-Ftehim.
Artikolu 6
Dan il-Protokoll jifforma parti integrali tal-Ftehim.
Artikolu 7
Dan il-Protokoll ikun approvat mill-Unjoni, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mil-Libanu, skont il-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri neċessarji għal dak l-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar ta' wara d-data li fiha l-Partijiet kollha jkunu nnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan.
Sakemm tasal id-data tad-dħul fis-seħħ, il-Protokoll japplika proviżorjament b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.
Artikolu 8
Dan il-Protokoll sar f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku indaqs.
B'XHIEDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji ffirmati hawn taħt, debitament awtorizzati għal dan l-effett, iffirmaw dan il-Protokoll.
Съставено в Брюксел на двадесет и осми април през две хиляди и шестнадесета година.
Hecho en Bruselas, el veintiocho de abril de dos mil dieciséis.
V Bruselu dne dvacátého osmého dubna dva tisíce šestnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den otteogtyvende april to tusind og seksten.
Geschehen zu Brüssel am achtundzwanzigsten April zweitausendsechzehn.
Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta aprillikuu kahekümne kaheksandal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις είκοσι οκτώ Απριλίου δύο χιλιάδες δεκαέξι.
Done at Brussels on the twenty eighth day of April in the year two thousand and sixteen.
Fait à Bruxelles, le vingt huit avril deux mille seize.
Sastavljeno u Bruxellesu dvadeset osmog travnja godine dvije tisuće šesnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì ventotto aprile duemilasedici.
Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada divdesmit astotajā aprīlī.
Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų balandžio dvidešimt aštuntą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év április havának huszonnyolcadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tmienja u għoxrin jum ta’ April fis-sena elfejn u sittax.
Gedaan te Brussel, achtentwintig april tweeduizend zestien.
Sporządzono w Brukseli dnia dwudziestego ósmego kwietnia roku dwa tysiące szesnastego.
Feito em Bruxelas, em vinte e oito de abril de dois mil e dezasseis.
Întocmit la Bruxelles la douăzeci și opt aprilie două mii șaisprezece.
V Bruseli dvadsiateho ôsmeho apríla dvetisícšestnásť.
V Bruslju, dne osemindvajsetega aprila leta dva tisoč šestnajst.
Tehty Brysselissä kahdentenakymmenentenäkahdeksantena päivänä huhtikuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.
Som skedde i Bryssel den tjugoåttonde april år tjugohundrasexton.
За държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Za države članice
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā –
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu Państw Członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
För medlemsstaterna
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Ливанската република
Por la República Libanesa
Za Libanonskou republiku
For Den Libanesiske Republik
Für die Libanesische Republik
Liibanoni Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία του Λιβάνου
For the Lebanese Republic
Pour la République libanaise
Za Libanonsku Republiku
Per la Repubblica libanese
Libānas Republikas vārdā –
Libano Respublikos vardu
A Libanoni Köztársaság részéről
Għar-Repubblika Libaniża
Voor de Republiek Libanon
W imieniu Republiki Libańskiej
Pela República Libanesa
Pentru Republica Libaneză
Za Libanonskú republiku
Za Libanonsko republiko
Libanonin tasavallan puolesta
För Republiken Libanon
(1) Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura ssir minn esportatur approvat skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tal-Protokoll, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat irid jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jridu jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt.
(2) L-oriġini tal-prodotti trid tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni fuq fattura hija relatata parzjalment jew kollha kemm hi, ma' prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 38 tal-Protokoll, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni, permezz tas-simbolu “CM”.
(3) awn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu.
(4) Ara l-Artikolu 22(5) tal-Protokoll. F'każijiet fejn l-esportatur ma għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni tal-firma timplika wkoll l-eżenzjoni tal-isem tal-firmatarju.”