28.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 141/18


PROTOKOLL ADDIZZJONALI

għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda

L-UNJONI EWROPEA

u

L-IŻLANDA

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972, u l-arranġamenti eżistenti għall-kummerċ tal-ħut u prodotti tas-sajd bejn l-Iżlanda u l-Komunità,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda dwar id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għall-perijodu 2009-2014 għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd, u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAW il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu;

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-PROTOKOLL:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet speċjali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti ħut u prodotti tas-sajd li joriġinaw fl-Iżlanda huma stabbiliti f'dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu. Il-kwoti tariffarji annwali bla dazju huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. Dawn il-kwoti tariffarji għandhom japplikaw mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4, sat-30 ta' April 2021.

2.   Fi tmiem dan il-perijodu, il-Partijiet Kontraenti ser jivvalutaw il-ħtieġa li jinżammu d-dispożizzjonijiet speċjali msemmija fil-paragrafu 1 u, jekk ikun meħtieġ, jirrevedu l-livelli tal-kwoti filwaqt li jitqiesu l-interessi rilevanti kollha.

Artikolu 2

1.   Il-kwoti tariffarji jinfetħu mill-jum li fih l-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll issir effettiva, skont il-proċeduri stabbiliti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 4.

2.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji huma stabbiliti fl-Anness għal dan il-Protokoll. L-ewwel kwota tariffarja tkun disponibbli mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll sat-30 ta' April 2017. Mill-1 ta' Mejju 2017 'il quddiem, il-kwoti tariffarji sussegwenti għandhom jiġu allokati kull sena mill-1 ta' Mejju sat-30 ta' April sal-aħħar tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

3.   Il-volumi tal-kwoti tariffarji li jkopru l-perijodu mill-1 ta' Mejju 2014 sal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu allokati proporzjonalment u disponibbli għall-bqija tal-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 3

Ir-regoli tal-oriġini applikabbli għall-kwoti tariffarji elenkati fl-Anness ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu dawk stipulati fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda ffirmat fit-22 ta' Lulju 1972.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ratifikat jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. L-istrumenti ta' ratifika jew approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li jkun depożitat l-aħħar strument ta' ratifika jew ta' approvazzjoni.

3.   Sakemm jitwettqu l-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 u 2, dan il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-ewwel jum tat-tielet xahar wara li jsir id-depożitu tal-aħħar notifika għal dan l-għan.

Artikolu 5

Dan il-Protokoll, imħejji f'oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Kroat, Ċek, Daniż, Olandiż, Ingliż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ungeriż, Taljan, Latvjan, Litwan, Malti, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż u l-Iżlandiż, bit-test f'kull wieħed minn dawn l-ilsna jkun ugwalment awtentiku, jiġi ddepożitat mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li ser jibgħat kopja ċċertifikata lil kull waħda mill-Partijiet.

Съставено в Брюксел на трети май през две хиляди и шестнадесета година.

Hecho en Bruselas, el tres de mayo de dos mil dieciséis.

V Bruselu dne třetího května dva tisíce šestnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den tredje maj to tusind og seksten.

Geschehen zu Brüssel am dritten Mai zweitausendsechzehn.

Kahe tuhande kuueteistkümnenda aasta maikuu kolmandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τρεις Μαΐου δύο χιλιάδες δεκαέξι.

Done at Brussels on the third day of May in the year two thousand and sixteen.

Fait à Bruxelles, le trois mai deux mille seize.

Sastavljeno u Bruxellesu trećeg svibnja godine dvije tisuće šesnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì tre maggio duemilasedici.

Briselē, divi tūkstoši sešpadsmitā gada trešajā maijā.

Priimta du tūkstančiai šešioliktų metų gegužės trečią dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenhatodik év május havának harmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tielet jum ta' Mejju fis-sena elfejn u sittax.

Gedaan te Brussel, drie mei tweeduizend zestien.

Sporządzono w Brukseli dnia trzeciego maja roku dwa tysiące szesnastego.

Feito em Bruxelas, em três de maio de dois mil e dezasseis.

Întocmit la Bruxelles la trei mai două mii șaisprezece.

V Bruseli tretieho mája dvetisícšestnásť.

V Bruslju, dne tretjega maja leta dva tisoč šestnajst.

Tehty Brysselissä kolmantena päivänä toukokuuta vuonna kaksituhattakuusitoista.

Som skedde i Bryssel den tredje maj år tjugohundrasexton.

Gjört í Brussel þriðja dag maímánaðar árið tvö þúsund og sextán.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 1

Fyrir Ísland

Image 2


ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 TAL-PROTOKOLL

Addizzjonalment għall-kwoti tariffarji mingħajr dazju permanenti eżistenti, l-Unjoni Ewropea għandha tiftaħ il-kwoti tariffarji annwali mingħajr dazju li ġejjin għall-prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda:

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Volum annwali (1.5-30.4) tal-kwota tariffarja f'piż nett sakemm mhux speċifikat mod ieħor (*1)

0303 51 00

Aringi tal-ispeċi Clupea harengus u Clupea pallasii, iffriżati, eskluż il-fwied u l-bajd (1)

950 tunnellata

0306 15 90

Awwisti Norveġiżi ffriżati (Nephrops norvegicus)

1 000 tunnellata

0304 49 50

Flettet ta' skorfon (Sebastes spp.), friski jew imkessħin

2 000 tunnellata

1604 20 90

Preparazzjonijiet oħra ta' ħut

2 500 tunnellata


(1)  Il-benefiċċju tal-kwota tariffarja m'għandux jingħata lill-merkanzija ddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-perijodu bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju.

(*1)  Il-kwantitajiet għandhom jiżdiedu f'konformità mal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Addizzjonali.