5.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra

Il-partijiet li ġejjin tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-21 ta' Marzu 2014 u fis-27 ta' Ġunju 2014, ser jiġu applikati b'mod proviżorju bis-saħħa tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim (1), it-tieni waħda kif emendata (2), mill-1 ta' Jannar 2016, safejn dawn ikopru kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni:

Titolu IV

(bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 158 safejn dan jikkonċerna l-infurzar kriminali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali; u bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 285 u 286 safejn dawk l-Artikoli japplikaw għal proċedimenti amministrattivi u reviżjoni u appell fil-livell ta' Stat Membru).

L-applikazzjoni proviżorja tal-Artikolu 279 m'għandhiex taffettwa d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri fuq ir-riżorsi tagħhom tal-idrokarburi skont id-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet u l-obbligi tagħhom bħala Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar;

L-applikazzjoni proviżorja tal-Artikolu 280(3) mill-Unjoni m'għandhiex taffettwa d-delineazzjoni eżistenti tal-kompetenzi bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospezzjoni, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi;

It-Titolu VII

(bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 479(1)), safejn id-dispożizzjonijiet ta' dak it-Titolu jkunu limitati għall-fini li tkun żgurata l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim.

L-Annessi I sa XXV, kif ukoll il-Protokolli I u II.


(1)   ĠU L 161, 29.5.2014, p. 1. ĠU L 278, 20.9.2014, p. 1.

(2)   ĠU L 289, 3.10.2014, p. 1.