2.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/1


Avviż li jikkonċerna d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea

Il-Ftehim bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata skambjata fl-interessi tal-Unjoni Ewropea ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2015, peress li l-proċedura prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Ftehim ġiet ikkompletata fis-6 ta' Ottubru 2015.