14.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/1


Informazzjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde

L-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde ffirmaw, fit-23 ta' Diċembru 2014 fi Brussell, il-Protokoll (1) li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde.

Għaldaqstant il-Protokoll japplika b'mod proviżorju mit-23 ta' Diċembru 2014 skont l-Artikolu 15 tiegħu.


(1)  Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 369, 24.12.2014, p. 3.